Futbol Sport

Santa Lucia jsalvaw punt fl-aħħar sekondi

(Ritratt: Trevor Sollars)

VALLETTA ………………….1
SANTA LUCIA …………….1


Valletta: J. Galea, E. Ruiz, S. Ferraris, S. Dimech, C. Gauci, F. Falcone, V. Prestes Filho, F. Vega, N. Micallef, A. Silas, D. Gartba (46′ J. Benites)
Santa Lucia: F. da Paz, Mathias Ellul, M.Vella, S. Pisani, T. Nagamatsu, A. Bradshaw, J. Pisani, J. Tanti (68′ J. Carbone), A. Piazza, P. de Oliveira, E. Pinto Gomes
Referee: Slobodan Petrovic


Fl-istadium Nazzjonali draw ta’ 1-1 bejn Valletta u Santa Lucia, liema draw ħalla lil Valletta f’nofs il-klassifika, u lil Santa Lucia fil-post ta’ qabel tal-aħħar. Fil-71 minuta Valletta fetħu l-iskor meta minn kontrattakk veloċi kien Federico Falcone li xeħet fir-rokna tax-xibka għal 1-0.

Bil-partita prattikament magħluqa b’Valletta minuti ‘l bogħod mit-tliet punti, kien Santa Lucia li kisbu l-gowl tad-draw. Fl-aħħar minuta tal-ħin mogħti żejjed, kien Matthias Ellul li xeħet wara Jake Galea u tefa’ lill-partitarji ta’ Santa Lucia f’dillirju ta’ ferħ, fost id-diżappunt għat-tim u l-partitarji beltin.