Internazzjonali Lokali

Franza tirbaħ il-Junior Eurovision Song Contest

Il-Ħadd waranofsinhar, Yulan Law, it-tifla Maltija ta’ 13-il sena, irrappreżentat lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest li sar f’Nizza fi Franza – bit-tema “Heroes”.

B’interpretazzjoni mill-isbaħ tal-kanzunetta “Stronger”, Yulan Law kklassifikat fl-10 post b’94 punt.

Intant, Franza rebħet l-21 edizzjoni tal-Junior Eurovision Song Contest. Bi Spanja u Armenja jikklasifikaw fit-tieni u t-tielet post rispettivament.

Fid-diskors qasir, wara l-interpretazzjoni mill-aqwa tagħha, meta mistoqsija mill-preżentatriċi, Law ddeskriviet eroj bħala persuna li ssib saħħitha fl-iżjed mumenti dagħjfa tagħha…fejn ddiskreviet l-esperjenza tagħha bħala impekabbli u prezzjuża.

Malta reħbet il-Junior Eurovision darbtejn, fejn fl-2013 Gaia Cauchi kienet klassifikat fl-ewwel post permezz tal-kanzunetta ‘The Start’ filwaqt li sentejn wara, fl-2015 Destinty kienet rebħet b’”Not My Soul”.

Il-Junior Eurovision Song Contest beda lura fl-2003, fid-Danimarka…fejn ikkompetu 16-il pajjiż bir-rebieħa tkun il-Kroazja b’134 punt.