Edukazzjoni Lokali

GĦADA: Strajk ta’ ġurnata sħiħa mill-għalliema

Għada se jkun qed isir l-istrajk ta’ ġurnata sħiħa mill-għalliema fejn mhux se jkunu qed isiru lezzjonijiet għat-tfal fi skejjel tal-Gvern u tal-Knisja.

Dan l-istrajk se jsir wara xhur ta’ laqgħat bejn l-MUT u l-Gvern, bil-Gvern qed jibqa’ jwebbes rasu li jagħti żieda sostanzjali fil-pagi, skont kif kien wiegħed fil-manifest elettorali qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet.

Dan l-istrajk qed isir bħala parti mill-azzjonijiet industrijali li bdew ġimgħat ilu.

Matul l-istrajk wieħed hu mistenni li ma jagħmel xejn marbut max-xogħol, inklużi telefonati, u emails.

Tfal fi skejjel tal-Gvern jistgħu jmorru l-iskola iżda l-ebda lezzjonijiet mhuma se jsiru, filwaqt li t-tfal tal-Knisja ntalbu biex ma jmorrux l-iskola għal dan il-jum.

Intant, peress li il-Ministeru tal-Edukazzjoni ħabbar li dakinhar mhux se jkun hemm trasport tal-iskejjel, il-UHM Voice of the Workers qed twissi li mhix se tkun qed taċċetta li tittieħed xi forma ta’ dixxiplina fil-konfront tal-ġenituri li jaslu tard ix-xogħol jew ikollhom jitilqu kmieni.