F’ Goodison Park, Manchester United kisbu rebħa komda ta’ 3-0 fuq Everton bil-gowl mill-isbaħ ta’ Alejandro Garancho wara biss tliet minuti jispikka f’din il-partita. Manchester United ħarġu fuq l-offensiva u minn Cross ta’ Diogo Dalot kien Garancho li b’mod akrobatiku għeleb lil Jordan Pickford. Marcus Rashford għamilhom 2-0 fis-56 minuta qabel ma’ Anthony Martial għalaq il-partita fil-75 minuta.
Aston Villa komplew bil-bidu mill-aqwa għal dan l-istaġun meta barra minn darhom għelbu lil Tottenham 2-1. Kienu Tottenham li marru fil-vantaġġ fit-22 minuta b’gowl ta’ Giovanni Lo Celso. Aston Villa rrispondew u kien qabel tmiem l-ewwel taqsima li ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ PauTorres. Fit-tieni taqsima l-partita kienet aktar miftuħa għal kull riżultat fejn fil-61 minuta kien it-tim ta’ Unai Emery li mar fil-vantaġġ bil-gowl jasal mill-attakkant Ingliz Ollie Watkins.
PREMIER LEAGUE
Illum: Tottenham v Aston Villa 1-2, Everton v Man Utd 0-3
Għada: Fulham v Wolves 9.00pm