Waqt attività politika organizzata mill-Partit Nazzjonalista, illum fil-każin tal-Partit Nazzjonalista tal-Isla, il-Kandidata għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Louise Anne Pulis, u d-deputat tal-Partit Nazzjonalista Ivan J. Bartolo saħqu dwar l-importanza tal-viżjoni ta’ eċċelenza li għandu l-Partit Nazzjonalista.
Louise Anne Pulis, kandidata tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropej, qalet li r-residenti tal-Kottonera jinsabu inċerti dwar numru ta’ proġetti fosthom id-dar tal-anzjani ta’ Bormla.
Louise AnnePulis qalet ukoll li għandna Gvern b’attitudni ta’ assedju, Gvern b’attitudni ta’ min mhux magħna huwa kontra tagħna u Gvern li qed jiprova jeqred kull kritika.

Waqt li saħqet li fil-preżent, il-qerda sfrenara tal-ambjent, m’għandux limitu, hekk kif f’dawn il 11-il sena, l-Gvern ta’ Robert Abela immassakra numru kbir ta’ siġar.
Louise Anne Pulis qalet ukoll li ma jistax ikun inkomplu nżiedu l-yacht marinas biex igawdu l-ftit waqt li l-Maltin u l-Għawdxin jiġu mċahda mill-ixtut. Waqt li żiedet tgħid li bosta Maltin mhux jaffordjaw jikru post fejn jgħixu u s-soup kitchens mhux illaħqu mad-domanda ta’ nies li ta’ kuljum qed imorru biex ikunu jistgħu jiklu xi ħaġa.
Louise Anne Pulis, tkelmet ukoll dwar l-ERA li suppost ta’ kull sena tiġbor informazzjoni dwar siti industrijali u tossiċita li jarmu fl-arja, pero Malta ila ma tiġbor din l-informazzjoni sentejn.
Waqt li temmet tgħid li l-Partit Nazzjonalista irnexxilu jġib lura l-isptarijiet lill poplu Malti u Għawdxi, xi ħaga li l-Gvern ta’ Robert Abela ma rnexxilux jagħmel.
Minn naħa tiegħu d-deputat tal-Partit Nazzjonalista Ivan J. Bartolo qal li l-Gvern ta’ Robert Abela preżenta budget li ma ġġilidx l-għoli tal-ħajja, hekk kif il-COLA kienet maħduma fuq is-sena ta’ qabel u minkejja t-talba ta’ bosta unions xorta għażel li jintaxxha. Waqt li minn iħaddem kellhu jħallas il-COLA, kif ukoll iż-żieda fil-minimum wage waqt li jiprova ma jgħoliex il-prezzijiet.

Il-Kelliem għall-Ekonomija u l-Ħolqien ta’ Setturi Ekonomiċi Ġodda, aċċena wkoll għal fatt li bħalissa qegħdin f’ sitwazzjoni fejn ma nafux kemm hi l-popolazzjoni ta’ pajjizna u ma nafux kemm hawn permessi maħruġa lil nies barranin biex jaħdmu f’pajjiżna.
Ivan J. Bartolo sostna wkoll li issa wasal iż-żmien li bis-serjetà naraw kemm qed jgħixu nies fi flat wiehed, pero mhux biss, irridu naraw ukoll x’ se jsir minn dawk li ma jkunux jistgħu jibqaw jgħixu f’dan il-flat, hekk kif s’issa il-Gvern ta’ Abela għadu ma ħareġ l-ebda soluzzjoni.
U huwa għalhekk li l-Partit Nazzjonalista preżenta viżjoni ta’ eċċelenza mibnija fuq tmien pilastri, biex inbiddlu d-direzzjoni tal-mudell ekonomiku filwaqt li ma nitilfux dak li għandna fil-preżent.
//= $special ?>