Lokali

Survey ippubblikat mit-Torċa juri li d-distakk bejn il-partiti hu ta’ 9.8 fil-mija

Stħarriġ ieħor li sar minn Vincent Marmara juri kif il-Partit Laburista kompla jnaqqas l-appoġġ, hekk kif fi żmien ta’ ftit aktar minn sena, il-Labour naqqas il-voti tiegħu bi 2.7%.

Il-Partit Nazzjonalista żied l-appoġġ b’iktar bi kważi 1% – għalkemm dan is-survey juri li d-distakk bejn iż-żewġ partiti għadu wieħed notevoli (9.8%).

Aktar minn 1.1% ta’ dawk li ivvutaw il-Partit Laburista, jekk issir ellezjoni illum jivvutaw lil Partit Nazzjonalista.

Jekk wieħed jikkunsidra x-xenarju ta’ dan l-istħarriġ, id-distakk bejn il-partiti hu ta’ madwar 25,000 vot favur il-Partit Laburista.