Il-Ministeru Russu għall-Ġustizzja qiegħed l-eks Prim Ministru Russu Mikhail Kasyanov fuq il-lista tiegħu ta’ ‘aġenti barranin’ li allegatament huma ostili għall-Kremlin’. Dan it-terminu jirreferi speċifikament għall-personalitajiet li t-Tmexxija f’Moska tqishom bħala ‘oppożizzjoni’ u ‘għedewwa tar-Russja’
Kasyanov hu kritiku qalil tal-President Russu Vladinmir Putin u kien telaq mir-Russja ftit wara l-invażjoni tal-Ukrajna mill-qawwiet tal-Kremlin, fi Frar tal-2022.
Hu kien il-Prim Ministru tar-Russja waqt l-ewwel mandat presidenzjali ta’ Putin bejn l-2000 u l-2004 iżda illum – bħala ċittadin Russu li qed jgħix f’eżilju — mhux jitlef opportunità waħda biex jikkundanna l-konflitt li għaddej bħalissa fl-artijiet Ukreni.
Il-lista tal-‘aġenti barranin’ tal-Kremlin tinkludi diversi kritiċi ta’ Putin u gruppi favur is-soċjetà ċivili. Fil-passat, il-persuni li kienu jidhru fuq il-lista kienu akkużati u trattati bħala spjuni ‘li kienu qegħdin jaħdmu kontra l-interessi tar-Russja’.
//= $special ?>