Permezz tal-paġna tagħhom fuq Facebook, il-klabb ta’ Birkirkara F.C. ħabbar li l-kowċ Giovanni Tedesco ta r-riżenja tiegħu minn kowċ tat-tim.
Il-kowċ Taljan ħa din id-deċiżjoni, wara li llum, fit-tmien ġurnata tal-Kampjonat Premier, Birkirkara reġgħu ġarbu riżultat negattiv ieħor, meta ħarġu telliefa bl-iskor ta’ 2-0 kontra Naxxar Lions.
Il-kumitat ta’ Birkirkara aċċetta r-riżenja ta’ Tedesco u sakemm jinħatar kowċ suċċessur ġdid għal Tedesco, Brian Chetcuti se jkun responsabbli mit-tmexxija teknika tal-iskwadra.
//= $special ?>