Internazzjonali

Ix-Xatt tal-Punent: Maqtula waqt rejd tal-Iżraeljani f’Jenin

Kelliema għall-Palestinjani  fix-Xatt tal-Punent qalu li nqatlu seba’ persuni waqt konfronti mas-suldati Iżrealjani li seħħew matul il-lejl tas-Sibt u l-Ħadd.

Ir-rapporti qalu li ħamsa minn fost il-maqtula kienu Palestinjani fl-inħawi ta’ Jenin, b’Iżrael jirribatti li l-militar tiegħu kienu wettqu rejd f’dik iz-zona biex jarrestaw raġel li kien imfittex b’konnessjoni ma’ attakk fuq l-Iżraeljani.

Is-sorsi Palestinjani qalu, intant, li l-militar Iżraeljan attakka lill-kwartieri ta’ Jenin ‘minn kull direzzjoni’ u fost l-isparar kontinwu. Dan meta skont huma, is-suldati ċirkondaw l-isptar tal-Gvern f’Jenin u bil-kwartieri ġenerali tal-Fergħa Iżlamika tas-Salib l-Aħmar ukoll jispiċċaw fil-morsa tal-Iżraeljani.

Is-sitwazzjoni fl-inħawi bħalissa qed tidher kalma iżda l-osservaturi qed jistennew għal aktar inċidenti vjolenti simili matul is-sigħat sussegwenti.