Fl-Allianz Stadium f’Turin id-derby dell’Italia intemm fi draw ta’ 1-1, b’Inter iżommu posthom fl-ewwel post tal-klassifika bi 32 punt, segwiti mill-istess Juventus fit-tieni post bi 30 punt. Kienu Juventus li fetħu l-iskor fis-27 minuta meta kien Federico Chiesa li għadda lejn Dusan Vlahovic, b’dan tal-aħħar jixħet fix-xibka għal 1-0. Sitt minuti wara reazzjoni immedjata minn Inter, meta Marcus Thuram żmarka lil Lautaro Martinez li tefa’ wara Wojciech Szczesny għal 1-1.
Roma kisbu rebħa importanti u telgħu fil-ħames post tal-klassifika meta għelbu lil Udinese 3-1. Gianluca Mancini poġġa lil Roma fil-vantaġġ wara 20 minuta. Udinese ġabu l-iskor indaqs fis-57 minuta permezz ta’ Florian Thauvin. Roma skorjaw darbtejn fl-aħħar disa’ minuti meta l-ewwel kien Paulo Dybala biex mbagħad kien Stephan El Shaarawy li għamel l-iskor finali 3-1.
SERIE A
Illum: Cagliari v Monza 1-1, Empoli v Sassuolo 3-4, Frosinone v Genoa 2-1, Roma v Udinese 3-1, Juventus v Inter 1-1
Għada: Verona v Lecce 6.30pm, Bologna v Torino 8.45pm