Lokali

Kampanja mit-Tfal għat-Tfal organizzata mill-programm Ġimgħa b’Ġimgħa

Għat-tieni sena konsekuttiva l-programm ‘Ġimgħa b’Ġimgħa’ flimkien ma’ NET TV se jerġgħu jorganizzaw il-kampanja ’Mit-Tfal għat-Tfal. Filwaqt li żmien il-Milied iġib miegħu ferħ kbir għal ħafna tfal u kbar, din il-kampanja tixtieq isservi biex tferraħ it-tfal li jinsabu ġewwa Fondazzjoni Sebħ.

Din is-sena Fondazzjoni Sebħ xtaqet oġġetti tal-ikel u xirjiet. 

Qegħdin inħeggu tfal ta’ kull età, neputijiet flimkien mal-ġenituri tagħhom sabiex jiġu fl-istudios ta’ NET TV f’Tal-Pieta, iħallu l-ikel mar-reception ta’ NET TV  jew inkella iċemplu fuq 9944 5783.

Jekk wieħed ikun jixtieq, jista’ jidħol ‘live’ waqt il-programm u jagħti donazzjoni dak il-ħin stess.

Min jixtieq jagħmel anke donazzjoni ta’ flus, jkun jista icempel biex isiru l-arranġementi meħtieġa sabiex dawn il-flus jgħaddu direttament għand Fondazzjoni Sebħ. 

Ċemplu u ejja nferrħu t-tfal ta’ Fondazzjni Sebħ din is-sena wkoll.