Awstralja ……………………… 0
Italja ……………………………. 2
Wara 47 sena, success u dominju mill-Italja fil-finali tat-Tazza Davis fejn mill-ġdid rega’ kien protagonista Jannik Sinner. Wara li l-Italja għelbet lis-Serbija fis-semi finali ,immexxija mill-captain Filippo Volandri bir-raġun bdiet bħala favorita. Fl-ewwel partita tas-singles Alexei Popyrin 1 Matteo Arnaldi 2 . Kien Arnaldi li rebaħ l-ewwel set 7 – 5, madankollu reazzjoni minn Popyrin li rebaħ it-tieni set 6 – 2 biex is-set deciżiv intrebaħ minn Arnaldi 6 – 4 biex poġġa lil Italja fil-vantaġġ. Fit-tieni partita l-attenzjoni fuq Jannik Sinner seed numru 4 fid-dinja li rebaħ u ddomina l-konfront kontra Alex de Monaur. L-ewwel set intemm 6 – 4 għal Sinner li wara rebaħ dak deciżiv 6 – 0 f’partita li damet biss 1 siegħa u 21 minuta. Kif kien mistenni fi tmiem il-finali u l-premjazzjoni tat-trofew bdew ic-celebrazzjonijiet Taljani għall-ewwel success mill-1976
//= $special ?>