Futbol Sport

Naxxar Lions fis-sitt post wara rebħa fuq Birkirkara

Ritratt: Trevor Sollars

Andrè Muscat

NAXXAR LIONS………. 2

BIRKIRKARA………….. 0

Naxxar Lions: M. Debono, N. Micallef (T. Yamaguchi 46’), F. Barbosa, N. Pace Cocks, P. De Carvalho, E. Farias, R. Gilmour Cassar, E. Da Conceicao (R. Mercieca 91’), W. Marcilio (D. Falzon 88’), M. Da Silva, J. Cardoso

Birkirkara: M. Zapytowski, D. Mariani, J. Pajovic, A. Queroz de Jesus (M. Maia 54’), Y. Yankman (A. Ciolacu 54’) , P. Mbong (M. De Filippis 86’), K. Zammit, A. Satariano, E. Beltre (M. Durisic 75), N. Micallef (N. Agius 75’), S.Zibo

Skorjaw: E. Farias 57’ (NL), W. Marcilio 85’ (NL)

Imwissija: F. Barbosa 38’ (NL), N.Micallef 69’ (B), S.Zibo 78’ (B)

Referee: Malcolm Spiteri

Assistenti Referees: Alan Camilleri u Thomas Debono

BOV Plejer tal-Logħba: Edson Farias (N)

In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Edson Farias

Fl-istadium Nazzjonali n-Naxxarin forsi kontra kull mistenni ħadu l-punti massimi kontra Birkirkara, li dawn tal-aħħar fuq il-karta forsi kienu jidhru li huma xi ftit aħjar minn Naxxarin.

Wara minuta logħob B’Kara kellhom l-ewwel ċans tal-partita, minn freekick ta’ Neil Micallef mill-lemin bil-goalkeeper Debono jsalva bla diffikulta. Kienu Naxxar fit-18-il li jersqu viċin li jiftħu l-iskor wara li Zibo ta’ Birkirkara jitlef il-ballun, De Carvalho jieħu l-ballun u minn azzjoni personali li baqa’ dieħel fil-kaxxa l-kbira u jsib Zapytowski attent biex salva ix-xutt tan-numru disa’ tal-Lions.

Il-Karkariżi jkollhom ċans ieħor li jiżblukkaw ir-riżultat, meta Zibo jipprova xutt mill-isbaħ minn barra l-kaxxa l-kbira, bil-ballun jgħaddi ftit għoli mill-lasta ta’ Debono. Man-nofs siegħa logħob il-Kalkariżi jkollhom l-akbar ċans ta’ skor fil-partita, meta Adailton mill-lemin jitfa’ kross lejn in-nofs, fejn issib lil Satariano b’dan ta’ l-aħħar ra l-konklużjoni tiegħu taħbat mal-wieqfa.

Bil-Karkariżi xi ftit aħjar matul l-ewwel taqsima u bin-Naxxarin tattikament dixxiplinati, mat-tisfira ta’ Malcolm Spiteri għal tmiem l-ewwel taqsima, ż-żewġ timijiet marru jistrieħu f’parita ta’ 0-0.

Birkirkaka fetħu it-tieni taqsima fuq l-offensiva u fis-46 minuta Adailton jittanta xortih b’xutt minn barra l-kaxxa l-kbira, b’Debono tan-Naxxar isalva bla problema. Il-Lions jiżblukkaw ir-riżultat fis-57 minuta, meta Edson Farias approfitta minn żball fid-difiża Kalkariża, bil-plejer bin-numru għaxra jfajjar xutt mill-isbaħ minn barra l-kaxxa l-kbira u tefa’ wara l-goalkeeper Pollak ta’ Birkirkara.

Mas-siegħa logħob Birkirkara ħasbu li ġabu d-draw momentarju minn Alex Satariano wara li rċieva kross mix-xellug minn saqajn Neil Micallef, iżda l-ferħ tal-kalkariżi malajr sfuma fix-xejn, meta l-istess gowl ma kienx konvalidad mir-referee wara senjalazzjoni t’offside mill-istess Satariano.

Matthias Debono żamm lin-Naxxarin fil-vantaġġ, wara li mill-lemin Andrei Ciolacu jitfa’ kross lejn Maxuell Maia, b’dan tal-aħħar bid-dawra jixxutja lejn il-lasta Naxxarija b’Debono attent u b’diffikulta’ jdawar f’korner.

Naxxar jersqu viċin li jirduppjaw fit-73 minuta, wara li Maicon mill-lemin jitfa’ kross b’Yamaguci mix-xellug iniżel lejn Marcelino b’dan tal-aħħar jara’ x-xutt tiegħu jaħbat mal-ġemb tax-xibka. Il-Kalkariżi komplew jippressaw u fis-77 minuta kross mill-lemin ta’ Marian jsib lil Maxuell Maia, li b’mod akrobatiku jittanta xortih bil-konkluzzjoni tispiċċa barra.

Kien fl-84 minuta lin-Naxxarin irduppjaw, wara l-Brażiljan Farias b’azzjoni personali avvanza fuq ix-xellug, bil-Brażiljan jitfa’ lejn il-kompatrijot tiegħu Marcilio b’dan ta’ l-aħħar ma jfallix u jagħmel l-iskor 2-0 favur il-Lions. In-Naxxarin baqaw jikkontrollaw il-logħba sat-tisfira finali tar-referee Spiteri, biex it-tim ta’ George Abela jirnexxilu jieħu l-punti massimi minn din il-partita.

B’din ir-rebħa n-Naxxarin jitilgħu fis-sitt post fil-klassifika b’żewġ punti aktar minn Birkirkara, biex dawn tal-aħħar jinsabu fid-disa’ post fil-klassifika u l-inkwiet għal Karkariżi jkompli jiżdied, filwaqt lin-Naxxarin qed ikomplu jkunu ta’ sfida għal kull skwadra fl-għola diviżjoni tal-futbol Malti.

Intant wara l-partita Birkirkara ħabbru li Giovanni Tedesco m’għadux aktar il-kowċ tagħhom wara erba’ telfiet fl-aħħar tmien ħarġiet tagħhom.