Lokali

Sewwieq ta’ mutur isofri minn ġrieħi gravi

Żagħżugħ ta’ 22 sena sofra minn ġrieħi gravi wara inċident bejn mutur u karozza fi Triq Ġuzè Pace, il-Ħamrun għall-ħabta tas-siegħa ta’ filgħodu.

Il-Pulizija marret fil-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Peugeot Tweet misjuq minn raġel ta’ 22 sena residenti l-Marsa u Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 23 sena residenti l-Fgura.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.