Raġel kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura wara inċident li seħħ il-Ħadd filgħodu f’parkeġġ tal-istabbiliment Lidl f’Ħal Qormi – eżatt barra d-daħla tas-supermarket.
L-inċident involva mutur Keeway Cityblade misjuq minn raġel ta’ 26 sena residenti Ħaż-Żebbuġ u Toyota
Passo misjuqa minn raġel ta’ 79 sena residenti l-Imsida.
Net News jinsab infurmat li żagħżugħ ta’ 26 sena kien jinsab bil-wieqfa biswit il-mutur meta għal xi raġuni mhux magħrufa vettura spiċċat irriversjat għal fuqu.
Fil-post ġie imsejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lir-raġel l-isptar għal aktar kura, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.
//= $special ?>