André Pizzuto, President tal-Kamra tal-Periti, ġie elett fil-Bord Eżekuttive tal-Kunsill Ewropew
tal-Arkitetti (ACE). Din il-ħatra prestiġġuża seħħet matul l-Assembleja Ġeneral tal-ACE tat-23 u
24 ta’ Novembru fi Brussell.
Il-Kunsill Ewropew tal-Arkitetti hija l-organiżazzjoni rappreżentattiva tal-professjoni tal-arkitetti
fuq livell Ewropew. Hija tikkonsisti minn 51 organiżazzjoni membru, li huma r-regolaturi u l-korpi
rappreżentattivi fil-membri stati tal-Unjoni Ewropeja, l-istati applikanti għall-sħubija fl-Ewropa,
ir-Renju Unit, Svizzera u Norveġja, kif ukoll 5 membri osservaturi – Serbja, Turkija, Ukraina,
Montenegro, u l-Maċedonja ta’ Fuq. Permezz tagħhom, l-ACE tirrapreżenta l-interessi ta’ iktar
minn nofs miljun arkitetti minn 35 pajjiż fl-Ewropa.
L-ACE hija involuta fin-negozzjati mal-kontropartijiet tagħha fir-Renju Unit u l-Kanada dwar irrikonoxximent reċiproku tal-arkietti bħala parti mi-trattati għal kummerċ ħiele bejn l-Unjoni
Ewropeja u r-Renju Unit, u l-Unjoni Ewropeja u l-Kanada.
Hija ukoll involuta b’mod b’saħħtu f’negozzjati mal-Kummissjoni Ewropeja dwar diversi direttivi
Ewropej, inkluż dawk dwar il-Konsum tal-Enerġija fil-Bini, Servizzi fi ħdan is-suq Intern, Appalti
Pubbliċi, Test ta’ Proporzjonalità, u r-Rikonoxximent Reċiproku dwar il-Kwalifiki Professjonali