Internazzjonali

Franza: Sitt adolexxenti jwieġbu dwar kompliċità fl-omiċidju ta’ għalliem li xokkja lill-pajjiż

epa08757866 Candles, messages and floral tributes are placed at the site of a vigil to pay respect to beheaded French teacher Samuel Paty in front of the French embassy in Berlin, Germany, 19 October 2020. French school teacher Samuel Paty on 16 October was decapitated in Paris, France, by 18-year-old attacker named Abdoulakh Anzorov who has been shot dead by police. Paty was a history teacher who had recently shown caricatures of the Prophet Mohammed in class. EPA-EFE/CLEMENS BILAN

Beda l-ġuri ta’ sitt adolexxenti Franċiżi akkużati b’kumpliċità fil-qtil brutali ta’ għalliem f’subborg ta’ Pariġi u li kien seħħ f’Ottubru tal-2020.

L-għalliem, Samuel Paty, spiċċa mbiċċer taħt idejn refuġjat Ċeċen u s-suspettati qed ikunu akkużati dwar ‘gideb u kalunji li rriżultaw f’konsegwenzi fatali’ u talli huma indikaw l-għalliem lill-qattiel qabel l-omiċidju. Jekk jinstabu ħatja, huma jistgħu jeħlu bejn sentejn u tliet snin ħabs kull wieħed.

Samuel Paty spiċċa jaqla’ diversi daqqiet ta’ sikkina mingħand l-aggressur li anki qatalu rasu barra waqt id-dagħdigħa ta’ vjolenza. Mifhum li l-għalliem kellu jħallas b’ħajtu wara li kien wera karikaturi tal-Profeta Muhammad ( il-fundatur tal-Islam) lill-istudenti waqt lezzjoni dwar il-libertà tal-espressjoni.

L-iżgħar suspettata, tifla ta’ 13-il sena, allegatament kienet gidbet lil missierha meta infurmatu li hi ngħatat piena dixxiplinarja talli konfrontat lil Samuel Paty wara li hu ‘talab biex l-istudenti Musulmani joħorġu kollha ‘il barra mill-klassi.’