Lokali Parlament

Il-gvern għandu obbligu li jispeċifika x’se jagħmel quddiem it-taxxa ġdida fuq il-containers fil-Port Ħieles


Ivan Castillo, PN


Id-deputat Nazzjonalista Ivan Castillo sostna fil-parlament li l-gvern għandu obbligu li jispeċifika x’se jagħmel quddiem it-taxxa ġdida dwar l-emissjonijiet fuq il-containers fil-Port Ħieles.


Hu appella biex ikun hemm riforma fuq l-edukazzjoni u fiq il-ħolqien ta’ setturi speċifiċi biex Malta tkun stabbilità bħala ċentru f’diversi setturi. In-negozji għandhom ikunu mgħejjuna biex ikunu iktar kompetittivi.


Ivan Castillo qal li l-pajjiż għadu jkollu żieda fil-produzzjoni u jkun lkomeittiv fil-livell internazzjonali.
Hu qal li d-direttiva li se teffetwa l-Port Ħieles se teffettwa lin-negozji minħabba li se jkun hemm żieda fl-ispiża fil-containers. Dan flimkien ta’ dewmien li se jinħoloq u spejjeż addizzjonali tal-kumpaniji tal-assigurazzjoni. Dan ifisser piżijiet ġodda li se tirrifletti fuq il-konsumatur. Kieku fl-UE Malta għandha nies tekniċi li janalizzaw din is-stwazzjoni minn kmieni, din is-sitwazzjoni setgħet tingħeleb.


Id-deputat Nazzjonalista qal li kien il-Kunsill tal-Ministri tal-UE li vvota favur din id-direttiva fejn il-gvern seta’ attira l-attenzjoni fuqha minn qabel.


Hu kompla li l-ministru responsabbli mis-settur għandu jispeċifika x’se jagħmel quddiem din is-istwazzjoni għaliex ħafna impjiegi jistgħu jintilfu setturi jikkrollaw. Kif se jiddivesifika l-industrija l-gvern minħabba li hemm l-istabbiltà tal-ikel fin-nofs flimkien mal-effetti fuq in-negozju?


Tletin ġurnata oħra se tidħol fis-seħħ din it-taxxa, sostna Ivan Castillo, li tkellem ukoll dwar l-iskills gap u qal li l-produttività fil-pajjiż hi inqas minn dik f’pajjiżi tal-UE.


Ivan Castillo kkritika l-mod kif il-gvern baqa’ jintaxxa l-COLA u qal li l-gvern għadu se jibda jagħmel srtateġija dwar il-ħiliet. Lanqas hawn informazzjoni bażika fis-settur ta’ kwalifiċi edukattivi tal-barranin li qed jinġiebu fil-pajjiż.


Jobs-Plus m’għandhiex din l-informazzjoni, sostna d-deputat Nazzjonalista, li sostna li din turi kemm ma kienx hawn pjan. Hu semma’ l-popolazzjoni esaġerata u qal li dan qed ikollu effett fuq il-pajjiż partikolarment fuq l-infrastruttura tal-pajjiż.


Ivan Castillo qal li hu perikoluż li l-gvern jattakka lill-PN minflok jipprova jsib is-soluzzjonjiet għall-problemi li ħoloq hu stess.