Lokali Parlament

Il-Gvern wiegħed sptar ġdid f’Għawdex u tahom biss klinika


Claudette Buttigieg, PN


Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet fil-parlament li l-gvern Laburista wiegħed sptar ġdid f’Għawdex iżda lill-Għawdxin tahm biss klinika.


Claudette Buttigieg qalet li l-vot kapitali għal Għawdex hu €19-il miljun u sostniet li mhux magħruf kif il-gvern se jwettaq il-proġetti b’dan l-investiment. F’Għawdex hemm wirt li mhux ikun utilizzat u għalhekk jeħtieġ ikun hemm politika iffukata fis-settur turistiku għal Għawdex.


Id-deputat Nazzjonalista tkellmet dwar it-turiżmu sostenibbli u qalet li Għawdex jista’ jsir il-gżira tat-turiżmu sostenibbli. Hi trattat il-problema tal-insularità doppja u l-isfidi li din iġġib; għalhekk it-tnaqqis fil-budget ta’ 10% ma jagħmilx sens.


Id-deputat Nazzjonalista qalet li hemm ħafna setturi f’Għawdex li jistħoqqilhom ħafna iktar investiment. Gvern Nazzjonalista kien jagħti prijorità lill-kunċett ta’ eko-Għawdex iżda dan il-gvern qed jivvota biss €1 miljun għal dan is-settur. Hi appellat biex ikun imsaħħaħ it-turiżmu intern.


B’€19-il miljun mhux se jinbena sptar ġdid jew se jinġieb vapur ġdid, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li qalet wara 11-il sena fil-gvern, il-PL irid jasusmi r-responsabbiltà tas-sitwazzjoni li jinsab fiha l-gvern tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.


Claudette Buttigieg kompliet li l-problemi jibdew mit-Triq tal-Għadira għaliex din teffettwa kemm imorru u jiġu turisti u Maltin lejn Għawdex minħabba l-konfużjoni fl-infrastruttura.


Id-deputat Nazzjonalista tkellmet dwar Kemmuna qalet li t-turisti mhux qed jieħdu l-esperjenza li huma jkunu mwiegħda dwar Kemmuna; intilef il-kontroll fuq din il-gżira. Is-sitwazzjoni fuq Kemmuna mhijiex il-prodott Malti u Għawdxi li l-pajjiż irid ibiegħ, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li Visit Malta qed tbiegħ gidba meta tirriklama l-Blue Lagoon bħala bajja bi trankwilità.


Claudette Buttigieg semmiet iċ-Ċentru tas-Saħħa ġdid li nfetaħ f’Għawdex u qalet li qabel Jannar/Frar il-GU Clinic mhu se tiftaħ meta l-gvern ien iddijara li din infetħet. Mhux se jkun hemm is-servizzi tas-CDAU f’Għawdex, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li issa l-gvern se jirrazzjonalizza l-bini ta’ sptar ġdida f’Għawdex. Il-gvern qed jgħid li jrid ikun hemm perjodu maqbul li fih irid jitlesta l-isptar il-ġdid iżda mhux jispeċifika ma min irid jaqbel fuq dan il-perjodu.


Id-deputat Nazzjonalista qalet li dan l-isptar ġdid lanqas biss hu ppjanat li jsir u m’hemxm vot allokat għalih. Minkejja dan, is-CEO tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi qalet li se titwettaq rivoluzzjoni tas-saħħa f’Għawdex. Lill-Għawdex il-gvern wiegħdhom sptar u tawh Ċentru tas-Saħħa, sostniet Claudette Buttigieg.


Dwar l-edukazzjoni, id-deputat Nazzjonalista qalet li m’hemmx pjan li f’Għawdex se jsir xi żvilupp jew xi nefqa kapitali speċifikata. Il-Ministeru għal Għawdex qed jinjora l-bżonnijiet tal-Għawdxin fl-edukazzjoni.


Claudette Buttigieg semmiet is-servizz tal-Gozo Channel u qalet li mill-2019 jidher li n-nefqa għall-vapur second-hand Nicolaus kienet €10,00/€13,000 kuljun li jammontaw għal €14.6 miljun. Dan hu vapur nieqes mill-faċilitajiet għall-persuni b’diżabiltà u persuni oħra u li fih il-persuni jridu jinżlu mill-istess rampa tal-karozzi.


Id-deputat Nazzjonalista kompliet li ħafna proġetti mhux se jsiru minħabba nuqqas ta’ investiment u qalet li Għawdex għandu bżonn turiżmu ta’ kwalità.