L-ekwipaġġ ta’ bastiment tal-gwerra tal-Istati Uniti rnexxielu jaqbad lill-ġellieda tal-moviment Houthi li, nhar il-Ħadd, kienu ħatfu tanker ta’ sidien Iżraeljani ‘il hinn mill-kosta tal-Jemen.
L-aggressuri kienu pruvaw jaħarbu b’dgħajsa iżda l-bastiment Amerikan – il-USS Mason — baqa’ jippersisti warajhom sal-punt fejn dawn ċedew u spiċċaw priġuniera. Fl-eqqel tal-azzjoni, il-milizzji Iżlamiċi tal-Houthi fil-Jemen anki sparaw il-missili fid-direzzjoni tal-bastiment u mingħajr l-ebda effett.
Il-milizzji tal-Houthi huma parti minn hekk-imsejħa ‘alleanza ta’ reżistenza kontra Iżrael’ magħmulha mill-gruppi armati, inklużi l-Ħamas u l-Ħeżbollah ( tal-Libanu) li huma affiljati mal-Iran.
Il-Houthi, nhar il-Ħadd, kienu heddew li jattakkaw it-tanker f’każ li dan ma kellux jibdel id-direzzjoni u jidħol f’port tal-Jemen. Il-bastiment bl-isem ‘Central Park’ hu mmexxi minn kumpannija internazzjonali għall-management tal-vapuri li għandu l-kwartieri f’Londra u fuqu hemm ekwipaġġ ta’ 22.
//= $special ?>