Internazzjonali Lokali

Is-sena d-dieħla Malta se jkollha l-Presidenza tal-OSCE

Is-sena d-dieħla Malta se jkollha t-tmexxija tal-Kunsill Permanenti tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa, l-OSCE. 

Din id-deċiżjoni ttieħdet b’mod unanimu mill-Kunsill tal-OSCE li huwa magħmul minn 57 rappreżentant minn stati differenti minn madwar l-Ewropa, l-Asja u l-Amerka ta’ Fuq.

L-OSCE hija l-akbar organizzazzjoni tas-siġurta reġjonali fid-dinja li tieħu azzjoni dwar il-prevenzjoni tal-kunflitti u l-kontrolli tal-armi – organizzazzjoni illi  tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem, fost l-oħrajn.

Id-deċiżjoni dwar il-Presidenza ta’ Malta mistennija tittieħed b’mod formali nhar il-Ħamis waqt il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri li se ssir il-Maċedonja ta’ Fuq, li bħalissa għandha t-tmexxija tal-OSCE