Raġel ta’ 39 sena residenti r-Rabat weġġà gravi wara inċident bil-mutur fiż-Żurrieq.
L-inċident seħħ il-Ħadd filgħaxija għall-ħabta tal-11:30 fi Triq il-Qrendi.
Il-Pulizija marret fil-post u minn investigazzjoni li saret irriżulta li r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq bil-konsegwenza li nqaleb.
Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti filwaqt li ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>