It-Tnejn filgħaxija l-MUT ħabbret li minn nhar il-Erbgħa li ġej li se twaqqaf l-azzjonijiet industrijali li ilhom għaddejjin għal ġimgħat sħaħ.
Apparti minn hekk, fi stqarrija l-MUT qalet li wara l-istrajk tal-lum il-Gvern ta’ Robert Abela sejjaħ lir-rapreżentanti tal-istess unjin sabiex jiddiskutu s-sitwazzjoni preżenti fis-settur tal-edukazzjoni.
Intqal li matul din il-laqa’ issemmew diversi affarijiet li għandhom bżonn jiġu indirizzati minnufih fosthom żieda sostanzjali fil-pagi. Wara din il-laqgħa l-Gvern u l-MUT laħħqu qbil sabiex ikomplu n-negozjati matul din il-ġimgħa.
Intant. L-MUT irringrazzjat lill-edukaturi li pparteċipaw fl-istrajk.
//= $special ?>