George Degiorgio qal lill-Qorti li kien qed jirrifjuta li jixhed “għal xejn” f’każ ta’ libell imressaq mill-eks Prim Ministru Joseph Muscat – sakemm hu kif ukoll ħuh ma jkunux mismugħa biex jkkonfermaw li lesti jiffirmaw dikjarazzjoni li ssemmi figuri figuri għolja tal-gvern li kienu nvoluti fi pjan biex tiġi assassinata l-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Ta’ l-istess opinjoni huwa ħuh Alfred Degiorgio fejn l-aħwa qalu li mhumix li lesti għal xejn b’xejn meta skont huma ħaddieħor spiċċa biex mar biss 15-il sena u huma ġew kkundannati għal 40 sena. Għaldaqstant qalu li mhux lesti li jixhdu għalxejn anke fuq persuni bħal l-eks Ministri Chris Cardona Carmelo Abela fuq l-allegat involviment tagħhom fil-qtil.
George u Alfred Degiorgio, li qed jiskontaw sentenza ta’ 40 sena ħabs talli wettqu l-qtil ta’ Caruana Galizia fl-2017, irrifjutaw li jixhdu kontra Muscat fil-każ ta’ libell, bl-avukat tagħhom, Noel Bianco, jikkwota uffiċjalment proċeduri Kostituzzjonali li għaddejjin bħalissa.
Sorsi ta’ min jorbot fuqhom qalu lil NET News li l-aħwa Degiorgio jridu jisennew sakemm jieħdu azzjoni u ma jiżvelawx informazzjoni li ilhom jitolbu, dik li jgħarrfu lill-awtoritajiet dwarha, bi tpattija għal tnaqqis fil-piena.
Il-Maġistrat Victor Axiak ippreseda seduta kemmxejn taħraq it-Tnejn fil-kawża ta’ libell li qed jagħmel Joseph Muscat kontra l-avukat Christian Grima, istitwita fuq post fuq Facebook li fiha Grima ssuġġerixxa li Muscat kellu sehem fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, kompla quddiem il-maġistrat Victor Axiak.
F’Ottubru tal-2022, Muscat kien ċaħad din l-affermazzjoni bil-qawwa kollha, u qal lill-qorti li Grima kien “qabeż linja ħamra b’dawn il-kummenti. Matul dik is-seduta, il-qorti kienet ġiet infurmata li l-partijiet kienu viċin li jsolvu l-kawża barra l-qorti, iżda l-ftehim evidenti ma kienx konkluż.
George Degiorgio kien l-ewwel li ssejjaħ għal fuq il-pedana tax-xhieda fejn daħal fl-awla, akkumpanjat mill-avukat tiegħu, Noel Bianco. Wara li l-maġistrat ta l-ġurament, Dr. Bianco informa lill-qorti li l-klijenti tiegħu mhux se jkunu qed jixhdu minħabba każ Kostituzzjonali li kien għaddej. “F’dan l-istadju mhux opportun li jixhdu,” qal l-avukat.
Il-Qorti rrimarkat li l-akkużati kellhom biss dritt li ma jinkriminawx lilhom infushom fi proċedimenti kriminali, ma jikkawżawx preġudizzju għal dawk Kostituzzjonali. L-Avukat Bianco mbagħad sostna li l-proċeduri dwar il-qtil ta’ Caruana Galizia ma kinux spiċċaw, minħabba li l-kumpilazzjoni tal-provi kontra Yorgen Fenech reġgħet infetħet minħabba “skorrettezza mill-prosekuzzjoni”.
Pawlu Lia jiddejjeaq bix-xhieda tal-aħwa Degiorgio
Min-naħa tiegħu, l-avukat ta’ Muscat, Pawlu Lia qal li l-fatt li l-qattiela nġiebu jixhdu kien sempliċiment spettaklu għall-istampa, każ ċar li ħassu skomdu jekk huma jagħtu d-depożizzjoni tagħhom. Il-maġistrat ma qabilx maż-żewġ avukati iżda wieġeb li ma ra l-ebda impediment biex ix-xhieda jixhdu.
Dr. Lia sostna li fil-liġi, id-difiża fi proċeduri ta’ libell kellu bżonn li diġà kellu l-provi f’idejh meta ġiet ippubblikata t-talba libelluża, iżda l-qorti rrimarkat li dan kien argument fuq il-merti tal-kawża. Dr.Grech sostna li l-uniċi raġunijiet li għalihom xhud jista’ legalment jirrifjuta li jixhed kienu limitati fil-liġi għas-segretezza professjonali u biex tiġi evitata l-awtoinkriminazzjoni.
L-Avukat Lia wieġeb li d-difiża tal-verità kienet teħtieġ il-pussess ta’ evidenza, “mhux tagħmel ‘fishing expedition’ għall-evidenza.” Id-difiża l-oħra ta’ Grima kien kumment ġust, li Dr. Lia qal li kien kontradittorju u ma jistax issostni flimkien mad-difiża ta’ verità sostanzjali.
“Ma tistax tgħid li kumment huwa libelluż, iżda bbażat fuq il-fatt, u li huwa opinjoni onesta fl-istess ħin.”
Il-maġistrat qal li dawn kienu argumenti fuq il-mertu u ordnat biex jixhed lil George Degiorgio. Dr. Grech wera lix-xhud stqarrija għall-istampa ffirmata minnu stess u talbu jagħraf il-firma tiegħu.
Lia qal li l-fotokopja ma kinitx ammissibbli. Huwa pprotesta li ma kien qed joġġezzjona għal xejn imma ried biss li l-affarijiet iseħħu kif suppost. Degiorgio ikkonferma li kienet il-firma tiegħu fuq l-istqarrija għall-istampa, li fiha kien allega li l-fatti kienu qed jitgħawwġu sabiex “jipproteġu ċerti individwi prominenti” u li l-aħwa Degiorgio kienu ntużaw mill-eks ministri Carmelo Abela u Chris Cardona, l-avukat. David Gatt u uffiċjali tal-pulizija ta’ grad għolja, fosthom eks kummissarju tal-pulizija, kif ukoll “avukati u persuni ta’ fiduċja oħra.”
Wara li qara d-dokument li kien ipproġettat fuq skrin kbir fil-Qorti, George Degiorgio ikkonferma dak li kien kiteb. Dr. Grech staqsa lil Degiorgio dwar l-istqarrija tiegħu dwar l-offerta ta’ premju għal informazzjoni dwar il-qtil li hu xi ħaġa ta’ għajb, u staqsieh x’jista’ jgħid lill-Qorti dwar l-involviment tal-eks ministru Chris Cardona u l-eks Chief of Staff tal-OPM Keith Schembri fil-qtil.
Id-difiża oġġezzjonat għall-mistoqsijiet, u qalet li kien “impertinenti li tixhed dwar nies li mhumiex partijiet fil-każ.” Il-Qorti ssuġġeriet li l-interrogazzjoni ta’ Grech tkun dwar jekk Muscat kienx involut jew le fil-qtil. Grech kompla jistaqsi dwar Schembri u Cardona, u qal li kien punt importanti.
F’dak il-punt, Degiorgio reġa’ tkellem. “Ma rridx nagħti din ix-xhieda hawn. “M’għandix xi ngħid.” “Il-problema hi li l-liġi tobbligak tixhed. Jekk ma tagħmilx ikun hemm problemi,” irrimarka l-Maġistrat Axiak.
“Imma għaliex għandi nkun obbligat nixhed, jekk diġà għedt lil qrati oħra li ma nistax? Allura ħa jkolli l-problemi.
Tlabt lill-President għal maħfra bi skambju għal din l-informazzjoni u ġiet rrifjutata u issa tridni nixhed għa xejn? Meta nies oħra ġew kundannati 15-il sena?” Degiorgio qal lill-Qorti li kien qed jirrifjuta li jwieġeb xi mistoqsijiet oħra.
Il-maġistrat għal darb’oħra fakkar lix-xhud li hu kien obbligat legalment jixhed. “Ma nixtieqx nixhed. Se nixhed dwarha fil-futur. Għaliex għandi niżvelaha għal; xejn b’xejn?” tenna Degiorgio. Il-maġistrat issospenda s-seduta u f’dan il-punt irtira mill-awla.
Meta rritorna ftit minuti wara, reġa’ għajjat lil Degiorgio fil-tribuna tax-xhieda, u staqsih jekk kienx se jixhed. Ix-xhud ippersista fir-rifjut tiegħu. Il-qorti tagħtu ġimgħa ċans biex jerġa’ jikkunsidra. “Nista’ ngħidlek it-tweġiba tiegħi issa, jekk trid,” kienet it-tweġiba ta’ Degiorgio.
Il-maġistrat issuġġerixxa li jieħu l-opportunità offruta biex jikkonsulta mal-avukat tiegħu fil-ġimgħa li ġejja. Alfred Degiorgio kien imsejjaħ għall-pedana tax-xhieda, fejn il-proċess ġie ripetut. Wera d-dokument li kien iffirma, filwaqt li Dr. Lia irrimarka lill-avukat oppost dwar li kien hemm “ħafna veritajiet differenti.”
Huwa wkoll ikkonferma l-firma tiegħu fuq id-dokument. Mistoqsi jekk ikkonfermax il-veraċità tiegħu qal “Nagħżel li ma nixhedx għalissa. F’dan l-istadju ma rridx. Għandi proċeduri Kostituzzjonali għaddejjin u proċeduri oħra. Ma nistax nixhed”
“Nagħżel li ma nwieġebx f’dan l-istadju. Il-pulizija ma ħallitnix nagħti l-verżjoni tiegħi.” Il-maġistrat ta wkoll ġimgħa lil Alfred Degiorgio biex jikkunsidra l-konsegwenzi li jonqos milli jixhed, qabel infurmah li kien se jerġa’ jissejjaħ biex jixhed fi żmien ġimgħa.
Il-każ ikompli l-ġimgħa d-dieħla. L-avukat Pawlu Lia qed jidher għal Joseph Muscat, l-avukat Carl Grech qed jirrappreżenta lil Grima fil-proċeduri.
//= $special ?>