Futbol Sport

Bologna jegħlbu lil Torino

(Ritratt: EPA)

Fl-aħħar partita tal-ġurnata, Bologna kisbu rebħa ta’ 2-0 fuq Torino.

Giovanni Fabbian fetaħ l-iskor b’konklużjoni tajba fis-56 minuta, sussegwentament Bologna kkonfermaw ir-rebħa fil-91 minuta permezz ta’ Joshua Zirkzee.

Illum intemmet it-13-il ġurnata tal-kampjonat Serie A, b’ Hellas Verona jiġu miżmuma f’darhom minn Lecce bl-iskor ta’ 2-2.

Kienu Lecce li fetħu l-iskor wara nofsija logħob permezz ta’ gowl mill-isbaħ tal-Franċiż Remi Oudin li b’azzjoni personali qabeż id-difiża ta’ Verona u kkonkluda fix-xibka bil-ballun jaħbat mal-wieqfa tal-lemin qabel ma jitħol.

Fl-41 minuta Verona għamlu l-iskor indaqs permezz Cyril Ngonge, li kkapitalizza minn żball tad-difiża tal-avversarji u kiseb id-draw b’xutt baxx fir-rokna tal-lemin.

Lecce marru fil-vantaġġ għat-tieni darba fil-partita fid-69 minuta b’ Joan Gonzalez iniżżel ismu mal-iskorers jegħleb lil Montipo. Hellas Verona reġgħu kisbu d-draw ftit minuti wara permezz ta’ daqqa ta’ ras ta’ Milan Djuric .

Is-Sibt:
Salernitana v Lazio 2-1
Atalanta v Napoli 1-2
Milan v Fiorentina 1-0
Il-Ħadd:
Cagliari v Monza 1-1
Frosinone v Genoa 2-1
Empoli v Sassuolo 3-4
Juventus v Inter 1-1
It-Tnejn:
H.Verona v Lecce 2-2
Bologna v Torino 2-0