Sport Sport Ieħor

Volleyball – Super League: Iċ-champions Swieqi Phoenix Nium ma jfallux kontra Paola Executive Security

Meta fi tmiem il-ġimgħa tkomplew id-diversi kampjonati nazzjonali organizzati mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball spikkat ir-rebħa taċ-champions Swieqi Phoenix Nium kontra t-team neo promoss ta’ Paola Executive Security bl-iskor ta’ 3-1 fil-kampjonat Super League. B’dan ir-riżultat Swieqi baqgħu f’ras il-klassifika filwaqt li għalkemm għadu mingħajr punt, it-team minn Raħal Ġdid wera progress fil-logħob tiegħu meta mqabbel mal-ġimgħat li għaddew. 

F’partita oħra mill-istess kampjonat Flyers kellhom rebħa komda ta’ 3-0 fuq Birkirkara biex b’hekk ukoll huma se jibqgħu jisfidaw sew għar-rebħ tal-kampjonat. 

Ir-riżultati kollha

Super League 

Flyers vs Birkirkara VC 3-0

Paola Executive Security vs Swieqi Phoenix NIUM   1-3

U19 

Swieqi Phoenix Tough Cookies vs Swieqi Phoenix Sugar and Spike 3-0

U17

Falcons vs BKVC Thunder Spikes 0-3

Phoenix Challengers vs BKVC Storms  3-0

Flyers vs BKVC Lightnings  3-0

L-Ewwel Diviżjoni

BKVC Reds vs Swieqi Phoenix EY  0-3

Depiro vs Mgarr Volley 0-3