F’ Craven Cottage ntlagħbet l-aħħar partita tat-13-il ġurnata mill-Premier League, fejn Fulham kisbu tlett punti prestiġjużi kontra Wolves bl-iskor ta’ 3-2, bil-plejer veteran Willian ikun l-eroj ta’ Fulham meta sab ix-xibka fl-aħħar sekondi tal-logħba biex ta r-rebħa lit-tim tiegħu.
Alex Iwobi kien l-ewwel li skorja f’dan il-konfront wara biss 7 minuti logħob, mill-pass ta’ Robinson.
Wolves għamlu l-iskor indaqs wara 22 minuta permezz tal-Brażiljan Matheus Cuna li xeħet ġewwa b’daqqa ta’ ras mill-kross tajjeb ta’ Bellegarde.
Fulham damu sad-59 minuta biex reġgħu marru fil-vantaġġ, b’din id-darba Willian jiskorja l-ewwel gowl tiegħu fil-partita.
Fil-75 minuta Wolves irrispondew għat-tieni darba, b’ Hwang Hee-Chan issa jmiss li jiskorja.
Fl-94 minuta konklużjoni baxxa fir-rokna t’isfel tax-xellug ta’ Willian tefat lill-partitarji ta’ Fulham f’dellirju ta’ ferħ hekk ħarġu minn dan il-konfront bit-tlett punti.
Is-Sibt
Man.City v Liverpool 1-1
Sheffield Utd v Bournemouth 1-3
Nottingham F. V Brighton 2-3
Newcastle U. v Chelsea 4-1
Luton T. v C. Palace 2-1
Burnley v West Ham U. 1-2
Brentford v Arsenal 0-1
Il-Ħadd
Tottenham v A. Villa 1-2
Everton v Man U. 0-3
It-Tnejn
Fulham v Wolves 3-2