Il-Qorti ddikjarat li l-arrest fil-konfront ta’ raġel ta’ 38 sena minn Bormla – mixli li daħal f’residenza u hedded mara b’pistola u sikkina wara li qalilha li kienet serqitlu b’elf ewro fi qratas tad-droga kokaina ma kienx wieħed legali.
Dan għaliex il-Qorti laqgħet talba tal-Avukat Franco Debono (ritratt) li qal li l-prosekuzzjoni ma tagħatx garanzija li l-Maġistrat tal-Għassa kienet infurmata bil-każ f’anqas minn sitt sigħat wara li sar l-arrest ta’ Reno Azzopardi.
Il-Maġistrat Leonard Caruana sema’ lill-prosekuzzjoni tgħid kif nhar it-Tnejn għall-ħabta tal-4.30am. daħal rapport minn mara li qalet lill-Pulizija li hekk kif kienet f’ħanut f’Bormla u x’ħin marret fir-residenza ta’ ħabib tagħha sabet lil Azzopardi ġewwa u dan ikkonfrontaha billi qalilha – “sraqtli 1,000 qartas kokaina.”
L-Ispettur Gabriel Kitcher qal lill-Qorti li dejjem skont ma’ qaltlu l-mara, l-imputat ħareġ sikkina biex ibeżża’ lilha u lil sieħibha u li f’idu kellu bagalja sewda, u minnha ħareġ pistola biex jintimidhom biha. Ix-xhud kompla jgħid li kif dlonk l-allegatra vittma ħarġet il-mobile biex iċċempel l-ġħassa tal-Pulizija, l-akkużat ħarab minn fuq il-post.
L-Ispettur Kitcher kompla jgħid li l-Pulizija marru jfittxu għal armi fir-residenza tal-akkużat iżda ma sabu xejn. Qal li biex tiġi portetta l-vittma, kellhom mmexxu bl’arrest. L-Avukat Franco Debono qal li l-maru qaltlu li ħaditlu 1,000 qartas kokaina u li ħareġ l-armi u li dawn ma nstabux.
Dr. Debono staqsa lill-prosekutur minn fejn arrestaw lill-akkużat u fix-ħin u f’liema punt infurmaw lill-Maġistrat tal-Għassa? Bit-tweġiba tkun mir-residenza tiegħu u għall-ħabta tal-5.20am, u nfurmaw lill- Maġistrat Marse-Anne Farrugia għall-ħabta tal-11am.
Meta mistoqsji mill-Avukat Debono jekk hemmx imniżżel x’imkien fix-ħin il-Maġistrat kienet infumata qal li għall ħabta tal-11am. Hawn Dr. Debono qal li jidher li hemm dubju fuq il-ħin eżatt bil-prosekutur jgħid dwar kemm hi retta l-Maġistrat Farrugia fil-ħinijiet.
L-Avukat Franco Debono qal li m’għandux dubju mill-Maġistrat Farrugia u r-rettezza u l-korretezza tagħha u kemm hi rigoruża – iżda hawn qed nitkellmu huwa qal fuq ħin li jista’ jkun dubjuż, setgħu kienu l-11.30am. qal Dr. Debono għax xil-11am jista’ jfisser li kienu l-11.30am u għalhekk ikun qabeż il-ħin b’aktar minn sitt siegħat.
Il-fatt li ma hemmx imniżżel fuq il-ħin ma jagħix is-serħan tal-moħħ qal Dr. Debono li kien mgħejjun mill-Avukat Francesca Zarb. Debono qal li għal refereza futura għandu jkun hemm il-ħin imniżżel. Il-Qorti qablet mas-sottomissjonijiet tal-avukat u iddikjarat l-arrest bħala wieħed mhux validu.
Azzopardi wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih bil-Qorti toħroġ ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-koppja ma jistax iħares lejhom jew b’xi mod jagħmel kuntatt magħhom għax f’każ li dan isieħħ hemm multa ta’ 7,000 ewro jew piena ta’ mhux aktar minn sentejn ħabs, jew it-tnejn flimkien, Huwa ġie mixli wkoll li sar reċidiv.
Azzopardi ma wieġeb għal ebda domandi lanqas ta’ x’imu u kunjomu ħlief li huwa mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih. Għad-domandi l- oħrajn baqa’ sieket. L-akkużi kienu li fis-27 ta’ Novenbru fl-4.30 am. fi Triq Sant Anna, Bormla, kkommetta vjolenza morali jew fiżika bl-użu ta’ arma, ġarr fuqu arma tan-nar, u sikkina bla liċenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija, li daħal f’dar mhux propjet,a tiegħu, u li hedded jew inġurja terza persuna u li sar reċidiv. Ma saritx talba għall-pleġġ peress li l-fatt li l-arrest ma kienx konvalidat huwa ġie meħlus, għalhekk il-każ tiegħu jinstema’ b’ċitazzjoni.
//= $special ?>