Internazzjonali Xjenza u Teknoloġija

Asterojdi li tmur lura 4.5 biljun sena ilu tista’ tagħti ħjiel dwar il-bidu tal-ħajja fuq id-dinja

Kampjun li ttieħed mill-asterojdi bl-isem ta’ Bennu tista’ tagħti informazzjoni importanti ferm dwar il-formazzjoni tal-pjaneti fis-sistema solari u anke dettalji dwar il-bidu tal-ħajja fuq id-dinja.

Il-kampjun li ttieħed riċenti qed ikun eżaminat u studjat minn xjentisti ta’ Natural History Museum (NHM) fejn qed ikun maħsub li din l-asterojdi kapaċi tagħti informazzjoni importanti ferm dwar id-dinja li qatt ma konna nafu qabel.

Ix-xjentisti jemmnu li din l-asterojdi tmur lura għaż-żmien meta is-sistema solari, ix-xemx u l-pjaneti kienu qed jifformaw madwar 4.5 biljun sena ilu.