Il-maġistrat li qed tippresiedi l-kumpilazzjoni tal-provi li għadha kif infetħet mill-ġdid fil-konfront ta’ Yorgen Fenech osservat fil-Qorti li tnejn mit-tliet kompiti mogħtija lill-esperti tal-qorti mill-maġistrat li qed imexxi l-inkjesta dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ma kinux lesti.
L-avukati ta’ Fenech, li jinsab akkużat u qed jistennew il-proċess talli allegatament iffinanzja l-qtil tal-ġurnalista, kienu kisbu ordni mill-Qorti tal-Appell Kriminali ix-xahar li għadda fejn il-Qorti tal-Maġistrati kellha tisma’ numru ta’ xhieda tal-prosekuzzjoni li kienu mniżżla biex jixhdu. waqt il-;uri ta’ Fenech, i]da li ma kienx ta xhieda waqt il-kumpilazzjoni tax-xhieda.
It-Tlieta xehdu diversi esperti maħtura mill-qorti fosthom dawk li għamlu traskritti tal-istqarrijiet awdjo-viżivi maħruġa lill-pulizija minn Melvin Theuma, il-middleman li ammetta li kellu parti fil-kumplott tal-qtil, kif ukoll traskrizzjoni diversi ta’ Johann Cremona assoċjat fin-negozju ta’ Yorgen Fenech fil-kumpanija tal-logħob tal-azzard onlajn Bestplay b’rabtiet kemm ma’ Fenech kif ukoll ma’ Melvin Theuma u l-eks Chief of Staff tal-OPM, Keith Schembri.
Xehed ukoll l-ispettur tal-Pulizija Charlot Casha, li kien ipparteċipa fi tfittxija fl-uffiċċju ta’ Keith Schembri fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru fil-Berġa ta’ Kastilja fil-Belt Valletta. Huwa kien ingħata struzzjonijiet biex iniżżel filmati tas-CCTV mill-uffiċċju tiegħu.
Kontro-eżaminat mill-avukat difensur Charles Mercieca, l-ispettur ikkonferma li kien il-maġistrat inkwirenti li kien ingaġġah biex ifittex fl-uffiċċju ta’ Schembri. Mitlub jistqarr fil-qorti min kien preżenti għat-tfittxija, ix-xhud qal li s-Supretendent Keith Arnaud, l-Ispettur Kurt Zahra u l-ispettur Keith Vella, kienu preżenti, flimkien ma’ Keith Schembri “u ċertu Mario Galea.”
Huwa qal lill-Qorti li kellu l-impressjoni li Galea kien impjegat fl-OPM, peress li kien fetaħilhom il-bibien tal-uffiċċju. Subaltern ta’ Casha’s qal lill-Qorti dwar email dwar karti li allegatament intbagħtu minn Keith Schembri lil Yorgen Fenech.
Dr. Mercieca talab lix-xhud jesebixxi kopja ta’ email sussegwenti mibgħuta mis-Supretendent Keith Arnaud, li tawtorizzah jiskanja d-dokumenti u jibgħathom lill-Europol. Ix-xhud wieġeb li ma kellux aktar kopja. Xehdu wkoll diversi esperti li nħatru biex jeżaminaw diversi mowbajls u apparat elettroniku waqt l-inkjesta maġisterjali dwar il-qtil.
Matul il-kors ta’ aktar minn sagħtejn ta’ kontro-eżami, ħareġ li xi wħud minnhom ma kinux lestew għal kollox il-kompiti li kienu ġew maħtura għalihom. Filwaqt li d-dejta kienet ġiet estratta mill-apparati, ma saret l-ebda analiżi tat-traffiku tad-dejta fir-rigward tal-esebiti.
Espert wieħed tal-Europol spjega li t-traffiku tad-data kellu jinqabad sabiex jiġi analizzat, u għalhekk ma setax ikun hemm qbid tat-traffiku tad-data f’dan il-każ minħabba li l-mowbajl inkwistjoni – dak ta’ Daphne Caruana Galizia – inqered fl-isplużjoni.
Iżda meta mistoqsi minn Mercieca jekk l-analiżi tat-traffiku tad-data tistax, fit-teorija, għadha ssir, xhud espert ieħor wieġeb li kien possibbli, sakemm id-data ma tkunx encrypted. Il-Maġistrat Montebello innotat li l-ħidmiet li kellhom jitwettqu, kif iddikjarat mill-Maġistrat inkwirenti, kienu l-ġbir ta’ data traffic, u l-estrazzjoni tad-data, u li l-ewwel tnejn minn dawn il-kompiti ma kinux lesti. Il-każ se jkompli f’Diċembru.
L-Avukati Anthony Vella u Godwin Cini qed imexxu prosekuzzjoni f’isem l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali mgħejjuna mis-Supretencent Keith Arnaud u l-Ispettur Kurt Zahra. L-avukati Gianluca Caruana Curran, Charles Mercieca u Marion Camilleri huma l-avukati difensuri ta’ Fenech.