Lokali Parlament

Effetti negattivi fuq l-anzjani f’Għawdex minħabba l-korruzzjoni tal-isptarijiet


Alex Borg, PN


Id-Deputat Nazzjonalista Alex Borg sostna fil-parlament li qed ikun hemm effetti negattivi fuq l-anzjani f’Għawdex minħabba l-korruzzjoni tal-isptarijiet.


Alex Borg semma’ dak li seħħ fis-serqa tal-isptarijiet Maltin u ffoka fuq l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn qal li dan hu l-uniku sptar li hemm f’Għawdex li l-anzjani jagħmlu użu minnu. Minħabba nuqqas ta’ servizzi f’dan l-isptar dawn l-anzjani qed ikollhom jaqsmu għal Malta biex ingħataw is-servizzi tas-saħħa.
Dan mhux aċċettabbli, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li kienet l-Oppożizzjoni li ġabet lura l-isptarijiet mingħand Steward.


Issa l-gvern irid iżomm kelmtu li jibni sptar ġdid f’Għawdex iżda d-Deputat Prim Ministru Chris Ferane ammetta li l-Isptar Ġenerali f’Għawdex se jkun iżgħar minn dak ippjanat minn Steward.


Alex Borg semma’ r-raba’ vapur Nicolaus, fejn hemm problemi kbar ta’ nuqqas ta’ aċċessibbiltà għall-anzjani iżda fil-budget ma jissemma’ ebda investiment f’vapur ieħor ta’ livell flok dan il-vapur.


Dwar il-kriminalità f’Għawdex, Alex Borg qal li din qed tinkwieta lill-anzjani Għawdxin u appella biex f’Għawdex tissaħħaħ is-sigurtà. Problema kbira oħra li qed jiffaċċjaw l-anzjani hi dik marbuta mal-għoli tal-ħajja għaliex iż-żieda ta €2.19 fuq iż-żieda tal-għoli tal-ħajja ma kinitx biżżejjed għall-anzjani.


Hu tkellem dwar l-ispazji miftuħa f’Għawdex u qal li ftit hemm spazji miftuħa f’Għawdex anzi l-gvern Laburista ħonoq l-uniku spju miftuħ fiż-żona Taċ-Ċawla.