Il-Ftehim Settorali tal-ħaddiema amministrativi, tekniċi u industrijali tal-Università ta’ Malta skada fl-2021 – u sentejn wara, dawn il-ħaddiema għadhom mingħajr ħjiel dwar x’ser ikun qed jiġi inkluż fil-ftehim settorali il-ġdid.
Fil-fatt, sorsi qrib il-UHM Voice of the Workers qalulna li l-union ser tkun qed toħroġ numru ta’ direttivi fil-5 ta’ Jannar lil dawn il-ħaddiema – direttivi li għandhom isegwu jekk ma jibdewx in-negozji għal ftehim settorali ġdid.
Dan hekk kif minkejja li ntbagħtu bosta talbiet għal negozjati u anka e-mail lill-Università mingħand il-UHM…. ma kien hemm ebda korrispondenza lura; la minn naħa tal-Università u lanqas mingħand il-Ministru kkonċernat.
L-aħħar Ftehim Settorali għall-ħaddiema tal-Università kien iffirmat fl-20 ta’ Marzu 2018 u skada f’Diċembru tal-2021.
//= $special ?>