‘Importanti li nżommu r-ritmu tal-wirjiet u r-riżultati’
- Mauro Camoranesi, kowċ Floriana FC
‘Fl-opinjoni tiegħi lagħbna kontra wieħed mill-aqwa timijiet tal-Kampjonat. Sliema huwa tim organizzat ħafna u għalina kienet logħba diffiċli anki minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp.’ L-ewwel kummenti li għadda l-kowċ ta’ Floriana Mauro Camoranesi wara r-rebħa li t-tim tiegħu kiseb kontra Sliema Wanderers. Huwa kompla jżid. ‘Ninsabu kuntenti li ninsabu l-ewwel imma aktar minn hekk huwa li qed inżommu r-ritmu tal-wirjiet kif ukoll ir-riżultati li qed niksbu’
‘Mal-ewwel gowl it-tim ikkollassa psikoloġikament’
- Paul Zammit, kowċ Sliema Wanderers
‘Kienet partita fejn minkejja l-kundizzjonijiet kellna l-mumenti tagħna fejn stajna wkoll morna fil-vantaġġ. Fit-tieni taqsima bdejna ntuhom aktar spazju u ġejna kkastigati minn tim li kulħadd huwa konxju tal-potenzjal tiegħu’ Din kienet ir-reazzjoni ta’ Paul Zammit eżatt wara t-telfa ta’ Sliema Wanderers kontra Floriana. Huwa kompla, ‘Il-gowl li sofrejna qisu eliminana mill-ewwel mil-logħba. Kellna kollass psikoloġiku. Batejna u ma’ bqajniex nemmnu u ftit wara saħansitra qlajna t-tieni gowl. Fil-fatt minkejja li kellna ħafna attakkanti fil-pitch ma’ stajna nagħmlu xejn.’
KLASSIFIKA | L | PTI |
Floriana | 8 | 20 |
Ħamrun Spartans | 8 | 20 |
Marsaxlokk | 8 | 13 |
Hibernians | 8 | 13 |
Sliema Wanderers | 8 | 13 |
Naxxar Lions | 8 | 12 |
Gżira United | 8 | 11 |
Valletta | 8 | 10 |
Mosta | 8 | 10 |
Birkirkara | 8 | 10 |
Balzan | 8 | 10 |
Gudja United | 8 | 5 |
Santa Lucia | 8 | 3 |
Sirens | 8 | 2 |
L-AQWA SKORERS | GLS |
L. Montebello (Ħamrun S.) | 7 |
K. Reid (Floriana) | 7 |
Y. Messias (Marsaxlokk) | 6 |
U. Djuranovic (Ħamrun S.) | 5 |
F. Falcone (Valletta) | 5 |
G. Bastianos (Hibernians) | 4 |
S. Akinbule (Marsaxlokk) | 4 |
A. Ciolacu (Birkirkara) | 4 |
T. Aldama (Gżira U.) | 4 |

LOGĦOB LI JMISS
Is-Sibt 2 ta’ Diċembru, 2023
Stadium Nazzjonali
2.00pm B’Kara – Ħamrun S.
4.15pm Balzan – Sirens
Centenary Stadium
2.00pm Sta Lucia – Mosta
Il-Ħadd 3 ta’ Diċembru, 2023
Centenary Stadium
11.00am Naxxar L. – Gudja Utd
2.00pm Gżira Utd. – M’Xlokk
Stadium Nazzjonali
2.00pm Floriana – Valletta
4.30pm Hibernians – Sliema W
//= $special ?>