Paula Mifsud Bonnici, PN
Id-deputat Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici qalet fil-parlament li l-gvern għandu nuqqas ta’ soluzzjonijiet u nuqas ta’ pjan fit-tul dwar l-anzjani.
Paula Mifsud Bonnici enfażizzat l-importanza tad-dinjità għall-anzjani u qalet li fl-aħħar budget kien hemm żieda ta’ €6 miljuni f’salarji taħt dan il-ministeru iżda minkejja li din hi żieda kbira meta mqabbla ma’ ministeri oħra, ftit hemm informazzjoni dwar kif se tintefaq. Żieda impressjonati oħra fil-budget hi fis-servizzi kuntrattwali li minn €50 miljun telgħet għal €67 miljun.
Il-gvern mhu jalloka xejn fuq id-Dar għall-Anzjani ta’ Bormla, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li qalet li din id-dar ingħalqet mingħajr kunsiderazzjoni fuq l-effett fuq l-istess anzjani li ma kinux infondati b’din id-deċiżjoni. Il-gvern beżża’ lill-anzjani li din id-dar se taqa’ fuqhom meta, fl-istess waqt, il-gvern qal li kellu rapporti minn sena qabel iżda l-gvern ma qal xejn dwarhom.
Hemm informazzjoni dwar l-għeluq tad-Dar għall-Anzjani Ta’ Saura fir-Rabat għaliex qed jingħad li din mhijiex ta’ livell. Jekk dan hu minnu, allura għaliex l-anzjani fid-dar ta’ Bormla ittieħdu propju f’din id-dar? Dan ifisser li dawn l-anzjani se jkollhom jerġgħu joħroġu mninn din id-dar. Dan filwaqt li d-Dar għall-Anzjani fl-Imsida kienet u għadha ħofra iżda l-gvern qed jgħid li se jkompli x-xogħol fuq din id-dar meta x-xogħlijiet għadu lanqas biss beda.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-gvern ma jsemmi xejn fuq taħriġ lill-anzjani fit-teknolġoija u fuq investiment fin-night shelters.
Hi sostniet li l-Ministeru għall-Anzjani mhux qed qed iħares dwar kif l-anzjani jkunu iktar attivi u indipendenti. F’dan il-kuntest il-gvern mhux jikkunsidra r-riabilitazzjoni tal-anzjani f’Karin Grech. Hemm social workers u persuni fit-tmexxija u mit-trasport, u mir-riżorsi umani li qed jitilqu iżda l-gvern m’għandux flus għan-neċessitajiet bażiċi. Dan il-post qed jaqa’ biċċiet u huma biss il-professjonisti li qed iżommuh għaddej.
Dwar is-servizzi fil-komunità, hi sostniet li dawn jaqdu lill-anzjani skont in-neċessitajiet tal-anzjani. Mhux aċċettabbli li jkun hemm lista ta’ stennija f’dan ir-rigward u dewmien fl-ipproċessar tal-carer at home. Jeħtieġ ikun hemm titjib fis-servizzi residenzjali, għaliex dawn qed jitilfu l-kunċett ta’ djar u saru istituzzjonijiet fejn l-anzjani mhux jitqiesu dejjem bħala membri ta’ familja estiża.
Paula Mifsud Bonnici kkritikat l-ikel li jingħataw l-anzjani fid-djar għall-anzjani u qalet li dawn mhux dejjem ikun ta’ kwalità. Hemm ukoll każ ta’ djar bla bitħa għall-anzjani u l-każi li fihom jitpoġġew is-sodod tal-anzjani direttament mal-ħajt. Quddiem dan kollu, l-Awtorità għall-Istandards għandha tkun b’saħħitha u awtonoma.
Hi semmiet it-taħtiġ tal-carers u kkritikat il-fatt li ċertu carers jintbagħatu San Vincenz dritt mill-ajruport. L-iskill card għandha tkun estiża wkoll għall-carers li jaħdmu mal-anzjani.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li dan hu gvern li ma jikkomunikax u ma jikkonsultax mal-istatistika dwar l-anzjani meta din hi kruċjali għall-ħolqien ta’ politika dwar l-anzjani.
Il-gvern ma żiedx il-vot għad-dimentia u ħallieh €200,000; dan ifisser li jekk hawn 8,000 persuna bid-dimentia, il-gvern qed jinvesti biss €25 kull persuna fis-sena. Dan meta l-mediċina għal din il-kundizzjoni hima ogħlja ħafna; iżda anki hawn il-gvern reġa’ ma qal xejn. Ma ssemma’ wkoll l-ebda investiment għall-ħolqien ta’ ambjent li jkun tajjeb għall-persuni bid-dimentia.
Id-deputat Nazzjonalista tkellmet dwar San Vincenz de Paula u qalet li l-familjari jkunu parti integrali bil-kwalità ta’ ħajja tal-anzjani. Jeħtieġ li jkunu kkunsidrati proposti għal ħolqien ta parkeġġ għall-familjari tar-residenti. Hi kkritikat l-għeluq ta’ żoni ta’ parkeġġ f’San Vincenz u appellat għal studju dwar il-ħolqien ta’ spazji ġodda għall-parkeġġ u għar-rikreazzjoni tal-anzjani.
Paul Mifsud Bonnici appellat ukoll biex isir studju dwar il-ħinijiet tal-ikel tal-anzjani li huma viċin wisq xulxin. Jeħtieġ ukoll ikun hemm iktar varjazzjoni fl-ikel tal-anzjani f’San Vincenz.
Id-deputat Nazzjonalista sostniet li l-PN mhux jgħid li l-carers barranin għandhom jitkeċċew għaliex ħafna minnhom jagħtu kontribut kbir fis-settur. Il-maġġoranza assoluta qed jagħtu servizi tajjeb ferm mal-anzjani tagħna iżda n-nuqqas ta’ investiment fis-settur tal-caring u tal-infermiera wassal biex naqsu l-Maltin li qed jagħżlu din il-karriera.
Is-sitwazzjoni fis-swali ta’ San Vincenz hi waħda hi waħda li fiha l-anzjani ma jistgħux jikkomunikaw mal-carers barranin minħabba l-lingwa fejn ikun hemm anki sitwazzjonijiet li fihom anzjani li jitolbu l-għajnuna iżda l-carers ma jifmuhomx. Anzjani Maltin qed jispiċċaw tradutturi fis-swali bejn anzjani li ma jafux jitkellmu bl-Ingliż u l-carers.
Problema oħra hi li ħafna carers barranin qed ikunu releavers fis-swali, jinbidlu minn sala għall-oħra u allura qatt ma jistabilixxu r-relazzjoni mal-anzjani.
Dwar l-assessjar tal-anzjani fis-swali, id-deputat Nazzjonalista qalet li t-tmexxija trid tkun iktar attenta u dixxiplinata dwar l-assessjar tar-residenti f’San Vincenz. M’għandux ikun aċċettat li residenti b’ċertu kundizzjonijiet jitħallew fi swali ma’ pazjenti oħra li ma jkunux fl-istess kundizzjonjiet. It-tmexxija m’għandhiex iċċedi għal xi pressjoni mill-familjari għaliex l-interess tar-residenti hu responsabbiltà tat-tmexxija, sostniet id-deputat Nazzjonalista.
Paula Mifsud Bonnici tkellmet dwar is-solitudni u qalet li hawn iktar minn 20,000 anzjan li jgħixu weħidhom. Ftit hawn informazzjoni dwarhom u ftit hawn pjan dwar kif dawn se jkunu milħuqa. Jeħtieġ li dawn ikunu pprovduti bis-servizzi iżda l-gvern m’għandu ebda pan dwar is-solitudni.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-gvern qed ikaxkar saqajh biex iressaq liġi kontra l-abbużi fuq l-anzjani.
Il-gvern m’għandux politika dwar ix-shelters għall-anzjani, sostniet Paula Mifsud Bonnici, li qal li l-gvern qed jivvota €200,000 għall-Kummissarju għall-Anzjani meta kummissarji oħra qed ikollhom voti ferm iktar. Jeħteġ li l-Kummissarju għall-Anzjani jkollu iktar indipendenza u awtonomija.