Lokali

Il-Programm Creative Europe jikber fis-suċċess u fl-allokazzjoni ta’ aktar fondi

Il-Programm Creative Europe jikber fis-suċċess u fl-allokazzjoni ta’ aktar fondi!

Creative Europe huwa programm ko-finanzjat mill-Kummissjoni Ewropea sabiex jiffinanzja proġetti kulturali u awdjo viżivi. Għal program 2021-2027, inħasset il-ħtieġa li l-fond jiżdied sostanzjalment għal 2.4 Biljun ewro.

L-għan prinċipali ta’ dan il-programm huwa fost l-oħrajn sabiex jippromwovi l-kultura fuq livell ewropew kif ukoll jissalfagwardja d-diversita’ u l-wirt kulturali.

Dan il-programm huwa diviż fi 3 strands: dik tal-Kultura li taħtha jaqaw inizjattivi sabiex jippromwovu u jsaħħu proġetti artistici bħal dawk teatrali, mużikali u l-wirt kulturali; dik tal-Media li tippromwovi l-innovazzjoni ta’ proġetti awdjoviżivi u l-Cross Sectoral li fih tinkorpora ż-żewg setturi kemm tal-Kultura u tal-Media.

Ta min isemmi li hemm il-perċezzjoni li sabiex wieħed japplika għal dawn l-fondi, irid ikun stabbilit f’dawn is-setturi. Dan mhuwiex l-każ għaliex kien hemm numru ta’ entitajiet u organizzajjonijiet non-governattivi li rnexxilhom jibbenifikaw minn dawn il-fondi. Biex nsemmu ftit ezempji; kien hemm l-Kunsill Lokali tal-Għarb, l-għaqda Prisms u kumpanija tal-iscuba diving Dan Europe li lkoll ibbenefikaw mill-fondi li jkopru sa massimu ta 90 % tal-finanzjament.

Kull sena jinfetħu numru ta’ sejħiet taħt dan il-programm. Bħalissa hemm diversi sejħiet li għadhom miftuħa. Dawn jinkludu il-European Cooperation Projects u l-Culture Moves Europe; kif ukoll il-Mini Slate Development u l-European Co-development taħt il-kappa tal-Media. It-tim ta’ Creative Europe jorganizza b’mod regolari numru ta’ sessjonijiet ta’ informazzjoni, laqgħat u attivitajiet sabiex jwassal l-informazzjoni dwar il-programm u s-sejħiet.

L-uffiċju ta’ Creative Europe jinsab fil-qalba tal-Belt Valletta u joffri assistenza speċifika għal dan il-programm. Wieħed jista jagħmel kuntatt mat-tim billi jżur l-paġna Facebook-Creative Europe Desk Malta, jżur is-sit www.creativeeuropemalta.mt jew billi jċempel fuq 20908990/1/7.