Lokali

Ir-rapport annwali tal-Qorti Ewropea jiġi ppreżentat lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati

Aktar kmieni llum, il-Membru Malti tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, George Marius Hyzler, għamel żjara ta’ kortesija lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia.


Matul din il-laqgħa, Hyzler ippreżenta kopja tar-Rapport Annwali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri għas-sena 2022.

L-Ispeaker, filwaqt li rringrazzja lil Hyzler tal-ħidma tiegħu fi ħdan il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, infurmah
li r-rapport kien se jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta tal-lum.