L-impjant tat-tarmac u l-konkrit, mhux postu fl-Imqabba. Dan intqal waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-Kunsill Lokali tas-Siggiewi, bis-Sindku Laburista Dominic Grech jikkritika din l-applikazzjoni.
Huwa insista li minkejja li dan il-proġett ma jiffurmax parti mill-konfini tal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi huwa insista li ħassew il-bżonn li bħala kunsill jagħmlu minn kollox sabiex jassiguraw li dan l-impjant ma jimmaterjalizzax.
Grech sahaq li ċ-ċittadini ma jridux li dan isir biswithom, filwaqt li insista li konvint li la darba din il-proposta għal approvazzjoni tkun aċċettata tkun ta’ detriment kbir għall-familji.
Huwa stqarr li l-Kunsill Lokali qed jieħu din il-pożizzjoni b’responsabbiltà hekk kif insista li l-impjant se jkun ta’ impatt serju għas-saħħa.
Matul din il-konferenza intqal li ċ-ċittadini jinsabu ferm inkwetati kemm dawk tas-Siġġiewi kif ukoll tal-madwar; fosthom il-Qrendi u l-Imqabba. Għaldaqstant qed jappellaw lill-awtoritajiet sabiex jagħtu widen lir-residenti.
Net News tkellem mal-Minority Leader f’isem il-Partit Nazzjonalista, Julian Borg fejn insista li l-leħen ċ-ċittadin għandu jinstema’ – dan wara li l-ewwel reazzjoni tal-ERA kienet li tapprova dan il-proġett sabiex sussegwentament l-applikazzjoni ġiet irtirata għal evalwazzjoni.
Huwa insista wkoll li fl-applikazzjoni jissemma saħansitra l-preżenza ta’ partiċelli li jafu jagħmlu ħsara lill-bniedem. U għaldaqstat insista dwar il-bżonn li mhux biss nagħtu każ l-ambjent ta’ madwarna iżda wkoll saħħet iċ-ċittadin.
Intant, filwaqt li impjant simili diġà f’operazzjoni qiegħed ikun ta’ sfida għar-residenzi tal-Iklin, San Ġwann, Naxxar, Għargħur u Swieqi…s’issa l-Ministru tal-Ambjent Miriam Dalli u s-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli mhux qed jagħtu widen għall-appelli ta’ diversi familji li jinsabu inkwetati ferm.
Julian Borg minn naha tieghu inisista li bħala Kunsilliera tal-PN qed jagħtu l-appoġġ kollu lill-Kunsill Lokali u lir-residenti f’din il-kawża ambjentali sabiex l-iżilupp imsemmi li ser iġib konsegwenza negattivi lir-residenti tal-lokalitajiet ta’ madwar l-Imqabba…ma jiġix approvat.
//= $special ?>