Lokali

Isellmu l-memorja ta’ Nardu Camilleri

Fi tmiem il-ġimgħa tfakkret għeluq is-sena mill-mewta traġika ta’ Nardu Camilleri – ir-raġel ta’ 64 sena minn Ħal Kirkop li kien tilef ħajtu traġikament fi spluzjoni kbira li seħħet fil-kamra tan-nar ta’ San Ġużepp, bejn iż-Żurrieq u Ħal Safi.

Is-Soċjetà Mużikali San Ġużepp fakkret din id-diżgrazzja b’tislima speċjali lil Nardu, fejn ġiet organizzata quddiesa u nkixfet plakka kommemorattiva.

L-eks licensee tal-Kamra tan-Nar San Ġużepp ta’ Ħal Kirkop kellu passjoni kbira għall-piroteknika, speċjalment għal kif żviluppa dan id-delizzju fost il-Koppin.

Nardu kien ukoll wieħed mill-protagonisti tal-programm NAR li kien ixxandar fuq Net TV lura fl-2010.