Raġel ta’ 50 sena residenti Ħal Qormi sofra minn ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn Toyota Aygo misjuqa minn raġel ta’ 48 sena residenti San Pawl il-Baħar f’inċident li seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-6:45 pm.
Il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq San Pawl, bir-raġel jingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>