National Lottery plc u l-Għaqda Ġurnalisti Sports, ħabbru li t-Tim Nazzjonali Malti tal-Futbol tan-Nisa rebaħ it-tielet unur tal-IZIBET Elite Athlete Award li jkopri x-xhur ta’ Settembru u Ottubru 2023.
Malta laħqet tragward storiku meta fi Grupp Ċ1 tal-Women’s Nations League rebħet l-erba’ partiti li lagħbet biex saħħet postħa fl-ewwel post fil-grupp. Din hija l-ewwel darba li tim nazzjonali tal-futbol kellu daqshekk rebħiet konsekuttivi f’kompetizzjonijiet internazzjonali.
Franco De Gabriele, Chief Commercial Officer ta’ National Lottery plc għamel riferenza għal dak li wettaq it-tim Nazzjonali tan-nisa u saħaq li dan il-moviment fil-futbol tan-nisa jkompli jsaħħaħ il-bżonn tal-professjonalità fl-isport sabiex l-atleti tagħna jaqbdu l-mixja professjonali fl-isport.
Waqt il-preżentazzjoni ta’ dan l-unur Sandro Micallef, President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports faħħar lil dawk kollha nvoluti fis-suċċess miksub sa issa filwaqt li għamel appell lill-Malta Football Players Association u l-Malta Football Association biex tippublika fl-intier tiegħu il-Memorandum of Understanding li ġie ffirmat mat-Tim Nazzjonali tal-Futbol tan-Nisa.
Din il-pubblikazzjoni għandħa tgħin lill-ġurnalisti sabiex iżommu għajnejhom miftuħa u jagħmlu l-pressjoni meħtieġa fuq il-Malta FA biex tagħmel żgur li tonora l-impenn tagħha lejn il-kisba fis-sħiħ tal-UEFA Minimum Standards Framework għat-timijiet nazzjonali tan-nisa Ewropej sa’ Ġunju tal-2024.
Qabel ma jiġi pubblikat l-MoU, il-midja ma tistax isegwi l-progress fit-twettiq ta’ dawn il-wegħdiet.
//= $special ?>