Lokali Parlament

L-anzjani f’riskju ta’ faqar żdiedu


David Agius, PN


Id-deputat Nazzjonalista David Agius qal fil-parlament li l-anzjani f’riskju ta’ faqar żdiedu.


David Agius tkellem dwar il-carers barranin u appella biex dawn ikunu jafu l-bażi tal-lingwa Matija u sostna li l-anzjani m’għandhomx jitpoġġew f’postijiet bla twieqi u bla btieħi.


Id-deputat Nazzjonalista qal li l-Awtorità għall-Istandards għandha tkun b ‘saħħitha biex tgħin quddiem dawn is-sitwazzjonijiet u jittieħdu l-azzjonijiet neċessarji.


David Agius qal li d-djar kollha għall-anzjani għandhom ikunu tal-ogħla livell waqt li jitjiebu s-servizzi personalizzati għall-anzjani bi sħubija bejn il-gvern u l-privat.


Hu appella biex jingħataw il-fondi biex isiru iktar għall-anzjani, fosthom dik ta’ Bormla. Kieku l-gvern ma tax €400 miljun lill-korrotti ta’ Vitals u Steward, kienu setgħu saru ħafna iktar proġetti fis-settur soċjali, tas-saħħa u tal-anzjani.


Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-ogħli tal-ħajja hu €12.81 u għalhekk l-anzjani ħadu biss €2.19. Fl-2008 Gvern Nazzjonalista kien ta żieda ta’ €2.33 meta l-għoli tal-ħajja kien €1.16 waqt u fl-aħħar budget il-gvern ta’ €2.19 meta ż-żieda fl-għoli tal-ħajja hi biss €2.33.


Kien gvern Nazzjonalista li fl-2008 ta ż-żieda sħiħa tal-għoli tal-ħajja. Hu staqsa kif il-gvern se jdaħħal €6 miljuni mid-djar u mill-istituzzjonijiet.


Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern mhux jimplimenta ċertu deċiżjonijiet tal-Ombudsman dwar ċertu pensjonijiet. Stħarriġ tal-UE jispeċifika li żdiedu l-anzjani ta’ ‘l fuq minn 65 sena. Minn 29.9 % fl-2021, l-anzjani f’riskju ta’ faqar żdiedu għal 33.3% fl-2022; total ta’ 31,586 anzjan f’riskju ta’ faqar. Bħala total, fil-pajjiż hawn 102,800 persuna f’riskju ta’ faqar.


David Agius kompla li l-anzjani m’għandhomx ikunu misruqa fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma.