Internazzjonali

L-Indja: Jinħarġu minn taħt l-art wara 17-il jum

Irnexxa l-proċess biex jinħelsu l-41 ħaddiema li kienu ilhom maqbudin f’mina mit-12 ta’ Novembru – bl-aħħar fost il-ħaddiema jinħelsu minn taħt l-art ftit tal-ħin ilu.

L-inċident fl-Istat ta’ Uttarkhand attira attenzjoni ħafna ‘il hinn mill-Indja u wara li l-ħaddiema – kollha rġiel – spiċċaw f’din is-sitwazzjoni meta valanga kbira kaġunat muntanja ta’ debris li għattiet il-bokka tal-mina.

Fl-aħħar sigħat, il-ħaddiema setgħu jittellgħu minn taħt l-art wieħed wieħed u permezz ta’ pajp speċjali li kellu jintiżżel qalb ir-radam tal-mina li krollat fost il-qilla tal-valanga. Dan ukoll wara li l-munzelli tal-ġebel u l-ħamrija fl-inħawi kienu lhom il-jiem ifixklu l-isforzi tas-salvataġġ.

Qabel setgħu jittellgħu l-ewwel ħaddiema l-iskwadri għall-emerġenzi kienu naddfu l-aħħar ftit metri ta’ radam. Dan bħala parti mill-pjan biex l-evakwazzjoni tal-ħaddiema ssir minn mina, wiesgħa xi tliet piedi, li l-iskwadri ilhom ilestu għal 17-il jum.

Il-proċess biex isalvaw il-ħaddiema, nhar il-Ġimgħa, kien sofra daqqa ta’ ħarta wara li nkiser ‘drill’ enormi li kien tniżżel fil-mina. Intant, l-ikel, l-ikel u l-ossiġinu kienu qed jitwasslu lill-ħaddiema taħt l-art permezz ta’ pajp separat.