Rapport li għadu kif ippubblika l-Awditur Ġenerali, sab li l-konsulenza ta’ Rosianne Cutajar fl-ITS kienet frawdolenti u irregolari – illi jfisser li Rosianne Cutajar tħallset flus mit-taxxi tagħna lkoll, għal xogħol fantażma li m’għamlitx.
Wara li ħarġet din l-aħbar, il-Kap tal-PN Bernard Grech qal illi f’pajjiż fejn nemmnu li għandna nippremjaw lill-bieżel, dan huwa illegali u inaċetabbli. Aktar u aktar meta dan l-aġir isir minn Deputat tal-poplu.
“Għal dan il-għan f’isem il-PN se nkun qed inressaq mozzjoni biex il-Parlament jesiġi li Rosianne Cutajar tħallas lura l-flus li ħadet mingħajr ma kien ħaqqha”, stqarr Bernard Grech.
//= $special ?>