Lokali

Nhar il-Ħadd li ġej jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista

Nhar il-Ħadd li ġej se jkun qed isir il-Kunsill Ġenerali, bi tliet temi fil-mozzonijiet li huma ferm importanti għall-Partit Nazzjonalista fil-mument.

Il-mozzjonijiet jitrattaw:

  • Mudell Ekonomiku ġdid – Viżjoni ta’ Eċċellenza
  • L-isfida tal-għoli tal-ħajja
  • Governanza tajba u Integrità fil-Politika

Dawn il-mozzojnijiet se jkunu qed jiġu diskussa fl-Assemblei Reġjonali; bl-ewwel waħda saret it-Tnejn li għadda u l-oħra ssir il-Ġimgħa l-1 ta’ Diċembru. Dawn mistennija jiġu approvati fis-sessjoni plenarja tal-Kunsill Ġenerali ta’ nhar il-Ħadd 3 ta’ Diċembru fid-Dar Ċentrali.

Nhar il-Ħadd il-Kunsill Ġenerali se jkun qed jibda fid-9:30 am fejn jibda permezz tal-Qari u Approvazzjoni tal-Minuti tal-aħħar Kunsill Ġenerali. Wara jsir il-ftuħ mill-President tal-Kunsill Ġenerali, Mark Anthony Sammut, u interventi mill-Kelliema preżenti.

Iktar tard issir ir-replika tas-Segretarju Ġenerali, Michael Piccinino u jitressqu l-mozzjonijiet.

Il-membri tal-Kunsill Ġenerali huma mħeġġa biex jattendu kemm għall-Assembla Reġjonali tar-reġjun tagħhom kif ukoll għas-sessjoni plenarja, li tagħlaq bid-diskors tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.