Il-Greċja tinsab f’tilwima mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru tar-Renju Unit wara li tħassret laqgħa li kellha ssir f’Londra bejn Rishi Sunak u l-Prim Ministru Grieg, Kyriakos Mitsotakis.
Il-kwistjoni tinvolvi l-Elgin Marbles — kollezzjoni ta skulturi antiki mill-Parthenon u strutturi oħrajn mill-Akropoli ta’ Ateni li aktar minn 200 sena ilu kienu trasferiti mill-Greċja lejn ir-Renju Unit u li issa jinsabu fil-British Musuem.
Il-Prim Ministru Grieg, jiem ilu, kien esprima dispjaċir għall-fatt li l-Elgin Marbles ilhom dan iż-żmien kollu fir-Renju Unit u l-Uffiċċju tal-Prim Ministru Britanniku jinsab urtat talli Mitsotakis, allegatament, ‘kiser kelmtu’ biex ma jitkellimx pubblikament dwar dan il-patrimonju qabel iż-żjara (fir-Renju Unit) li spiċċat posposta fl-aħħar minuta.
//= $special ?>