Lokali

Spettaklu għal lejlet l-ewwel tas-sena fil-Belt Valletta

Imniedi ufficjalment il-programm ta’ spettaklu għall-avveniment ta’ Lejlet l-ewwel tas-sena; programm li se jibda fit-20:30 ta’ filgħaxija u li jinkludi varjeta sabiħa ta’ divertiment għall-familja kollha.

L-ispettaklu ta’ lejlet l-ewwel tas-sena li ser ikunu qed isir fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta – programm ta’ mużika li ser jinfetaħ minn Lara and the Jukeboys, waqt li Ron, Taryn Mamo Cefia u Keane Cutajar ser ikunu qed jippreżentaw is-serata.

L-ispettaklu imbaghad ikompli bil-paretċipazzjoni ta’ bosta kantanti Maltin fosthom Aiden, Drakard, Klinsman, Jasmine, Megan May u Sarah Bonnici li se jkunu qed ikantaw live ma’ The Palace String Orchestra mmexxija minn Ryan Abela. Waqt li Emma Muscat se tkun il-mistiedna speċjali.

Din is-sena huwa mistenni wkoll li mill-ġdid jirritorna l-ispettaklu tan-nar mill-Port il-kbir, li se jkun qed jintwerra fuq screens kbar fi Pjazza ta’ San Gorg.

Eżatt qabel il-countdown imbagħad, il-preżentaturi flimkien ma’ Dj Koroma u Dj Miggy li se jkunu qed qed iferrħu l-folla b’mużika mill-aqwa.

L-aveniment ser ikun qed jixxandar b’ mod dirett fuq l-istazzjonijiet ewlenin fosthom fuq Net TV għal dawk kollha li għal xi raġuni jew oħra ma jkunux jistgħu jattendu. Ix-xandira televiżiva ser tibda għall ħabta ta’ 21:30.

Għall dawk kollha li se jattendu din l-attivita’ ser ikun offrut ukoll servizz speċjali ta’ trasport pubbliku.

Din is-serata ser tkun it-tmiem ta’ 29 jum ta’ attivitajiet li bdew propju it-Tlieta filgħaxija hekk kif għall-ewwel darba din is-sena inxtagħlu dwal kollha tal-Millied fil-Belt Valletta