It-30 Edizzjoni tal-Malta International Challenge Marathon intemmet bl-aħħar stadju wara tlett ijiem ta’ kompetizzjoni.
Fl aħħar kompetizzjoni ta’ 21km distakk ta’ ftit sekondi bejn l-ewwel tlett atleti – Aaron Mifsud, Stefan Azzopardi u Christian Micallef.
Aktar kmieni fit-tellieqa Azzopardi, li rritorna wara perjodu li kien imweġġa, u Micallef marru fuq quddiem fejn ipprovaw iżommu distakk fuq Mifsud. Fl-iktar parti iebsa tal-korsa, l-Għolja tal-Wardija, Micallef ħa l-vantaġġ b’Azzopardi eżatt warajh u Mifsud ftit passi warajhom.
Micallef kien l-ewwel li temm in-nofs maratona qabel Azzopardi u Mifsud rispettivament. Is-sekondi magħduda minn kull stadju kellhom rwol kruċjali fil-ħinijiet ġenerali li rriżultaw f’Azzopardi jirbaħ it-30 edizzjoni qabel Aaron Mifsud, u Christian Micallef.
Fit-tellieqa tan-nisa, Nadine de Wilde li kellha prestazzjoni konsistenti wara li tilfet ir-rebħa tal-ewwel stadju wara li ħadet dawra ħażina fl-aħħar parti tal-korsa. Rebħa fit-tieni stadju poġġitha b’ distakk ta’ kważi tliet minuti fuq Caroline Ciappara li temmet fit-tieni post qabel Clara Attard fil-klassifika ġenerali.
Il-Malta International Challenge Marathon laqqgħet ukoll għadd ta’ atleti barranin li ġejjin mill-Olanda, l-Estonja, l-Afrika t’Isfel u l-Kanada.
It-trofej ġew ippreżentati lir-rebbieħa fi tmiem l-avveniment fil-preżenza tal-President tal-Club Ray Grech u l-uffiċjali Joseph Farrugia u l-Fundatur tal-kompetizzjoni Barry Whitmore.
//= $special ?>