Sport Sport Ieħor

Weightlifting: Suċċess għall-weightlifters Maltin fil-Kampjonat tal-Istati Żgħar tal-Ewropa li sar fil-Lussemburgu

F’Dudelange, il-Lussemburgu. Tenishia Thornton kompliet tiddomina fejn rebħet il-kategoriji Juniors u Seniors b’total impressjonanti ta’ 258 punt. Hija kellha sitt refgħat kollha tajbin fosthom 86 kilo snatch u 107 kilo Clean & Jerk biex għamlet record nazzjonali b’193 kilo.

Fil-kategorija Seniors temmew warajha l-Lussemburgu u l-Iżlanda.

Rylee Borg kien l-aħjar fil-kategorija Junior b’rekord nazzjonali fis-snatch b’113-il kilo u 141 kilo clean & jerk għal total ta’ 323 punt biex spiċċa qabel l-Iżlanda u Cipru.

Kim Camilleri Lagana temmet fit-tieni post fil-kategorija Juniors b’56 kilo fis-snatch u 75 kilo clean & Jerk biex b’220 punt spiċċat qabel l-Iżlanda.

Rylee Borg u Kim Camilleri Lagana ddominaw il-kategorija tad-doubles b’543 punt qabel l-Iżlanda u Cipru filwaqt li Anton Micallef u Shaun Ciantar spiċċaw fit-tielet post fid-doubles wara Cipru u l-Iżlanda.

Ikkompetiet ukoll Roberta Tabone li fil-Clean & Jerk refgħet 101kg.

Il-kontingent Malti kien immexxi minn Jesmond Caruana, Rodmar Pulis, u Matthew Camilleri .