It-Tnejn filgħaxija, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia inawgura esebizzjoni b’risq id-Dar tal-Providenza.

F’diskors tal-okkażjoni, l-Ispeaker irrefera għall-ħidma li wettaq il-Monsinjur Mikiel Azzopardi, li ddiskrivieh bħala pijunier li għallem u ħeġġeġ lill-poplu Malti u Għawdxi jibdel l-attitudni tiegħu lejn il-persuni b’diżabilità hekk kif il-persuni b’diżabilità kienu mwarrba u esklużi, saħansitra mill-istess familjari tagħhom filwaqt li nissel fil-poplu mħabba u devozzjoni lejn il-persuni b’diżabilità u l-morda.

L-Ispeaker irringrazzja lill-artisti kollha, kemm Maltin u barranin, tal-ġenerożità kbira tagħhom, kif ukoll lill-dawk li jieħdu ħsieb persuni b’diżabilità f’pajjiżna u lir-residenti fid-Dar tal-Providenza.

Din l-okkażjoni kienet indirizzata wkoll mid-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Martin Micallef. Fost dawn kien hemm għadd ta’ artisti li taw l-opri artistiċi tagħhom biex jinġabru fondi meħtieġa b’risq id-Dar tal-Providenza