Sport Sport Ieħor

Blackball: Johan Attard rebbieħ tat-tieni Ranking Tournament għat-Tazza tan-Nazzjonijiet 2024

Il-Malta Blackball Federation kompliet bil-kompetizzjonijiet fejn Johan Attard rebaħ it-tieni tournament ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tan-Nazzjonijiet 2024 meta fil-finali għeleb lil Ryan Pisani 10-4.

Kienet finali oħra denja bejn żewġ plejers għaddejjin minn fażi pożittibva. Għal Attard dan kien it-tieni suċċess tiegħu f’din il-kompetizzjoni wara li kien rebaħ l-ewwel tournament ta’ kwalifikazzjoni.

Fil-finali ta’ taħt it-18-il sena, Nordai Desira għeleb lil Jake Castaldi 9-5 filwaqt li fil-kategorija ta’ taħt it-23 sena, Daniel Vella għeleb l-isfida ta’ Liam Mifsud 9-8.

F’aktar finali, Rudolph Gellel għeleb lil Stephen Falzon 10-6 fil-kategorija ta’ ‘l fuq minn 40 sena filwaqt li kien hemm is-suċċess ta’ Conrad Catania fuq Jason Mangion bl-iskor ta’ 10-8.